Uff! Kemm iddejjaqni! Jien u ohti l-hin kollu naqbdu f' xulxin. Lill-mama` nistorduha dejjem niggieldu. Anke waqt l-irqad dan l-ahhar sirna niggieldu ghax nibdew nitkellmu waqt li nkunu reqdin u ma nhallux lil xulxin norqdu! Imma stenna naqra...min jaf li kieku kont wahdi kemm kont se nkun iktar fil-kwiet! U int, x' tahseb?
Toghgbok il-hajja ma' huk jew ohtok jew tippreferi toqghod bi kwietek minghajr glied u fil-paci?
Thursday, November 26, 2009
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Jien ghandi hija izghar minni.Ghalkemm ghadu zghir xorta jinkini.Meta naqbdu ninku 'l xulxin inkunu qina kelb u qattus ghax hu jehodli pokit u jien nehodlu l pitazz.Imma ghal darba lhaqna kompromess li naghtu lura l affarijiet lil xulxin.Kwazi tiat' tghid li lhin kollu u kullimkien niggieldu u ninbxu 'l xulxin.
ReplyDeleteGurnata wahda meta konna qed nilghabu maz ziemel tan nannu konna qed niehdu gost imma sa hames minuti wara ma bqajniex niehdu gost.Hija fettillu jigbidlu denbu.F'kakka t'ghajn ma rajniex aktar iz ziemel ghax telaq jigri kemm jiflah.Kemm ghajjat mieghu n nannu!Meta hija ra li ma qbitx ghalih ghamel gurnata jimbixni u jaqbad mieghi.
Mhux dejjem inpattuha 'l xulxin imma l maggoranza tal glied li kellna dejjem pattejnieha 'l xulxin.Ghalija kwazi hadd ma jaqbez u dejjem nehel jien ghan l ikbar u hija dejjem jidhaq bija minn taht ghan naqla' ghajta minhabba fih.Ikolli aptit immur ghalih u mhux l ewwel darba li ghamiltha u qlajt ghajta ikbar.
Meta darba f mitt qamar jaqla' ghajta hu nhoss ghalih.Jien nghidlu li jghajtu mieghu ghax iwahhal fija.Nixtieq indawru l burdata u nsiru aktar ahwa tal qalb imma m hemmx x taghmel ghax hija kien,ghadu u jibqa jinbixni.
Maylea
Portelli
Illum ha nitkellem fuq hija l-kbir ghax dan huwa l-aktar wiehed li jaqabad mieghi . Dejjem hu jibda u jibda fix- xejn. Hija mhux jaqbad u jiggieled imma l-ewwel jittantani allura jien taqbizli!
ReplyDeleteJien ma naqbadx nghajjat lil ommi imam nipprova nirranga l-problema jien.Nipprova npatti billi nghidlu xi haga li biha taqbizlu u jishon. Imma hija taqbizlu aktar malajr minni u jtini xi daqqa ta’ ponn.Allavolja nwegga jien ma ncedix ghax mhux tapit imma nqum u nkompli,qisni qed nistaqsih biex itini ohra.Ahna niggieldu d-dar biss ghax hija kbir allura johrog ma shabu jew jibqaq d-dar meta nohorgu. Darba kissirna lampa ghax waddabtlu ktieb hazing u meta waddabuli lura ma mmirax sew u laqatha.
Meta nara li nkun qlajt bizzejjed minghand hija nghajjat lil ommi taparsi qed nibki biex jehel hija.Ommi tinduna li jien ,allura l-pjan mhux dejjem ikun success u nehel jien u tnat dratni li ankae f’sitwazjonijiet li mhux jien xorta wahda nehel jien.uff!! . Il-konsegwenzi mhux xi jum bla helu imam xahar bla televixin, kompjuter bjew helu.
Jien nixtieq nghix fil-kwiet allura l-ahjar hin ghalija d-dar huwa filghaxija ghax hija jkun Paceville, lanqas hoss ma tisma imam kwiet perfett. Ghalkemm jien u hija l-hin kollu niggieldu xorta wahda nhossu ghal xulxin u nhobbu daqs dawl ghajnejja.
Liam Cassar .
Hija ghandu sittax-il sena ghalhekk ikbar minni sitt snin. Ahna nhobbu niggieldu hafna. Hafna drabi niggieldu ghal xejn b'xejn. Niggieldu fuq affarijiet zghar perezempju jien inkun irrid nilghab bil komputer u hija ma jhalliniex.
ReplyDeleteXi kultant nibda niggieled jien. Min naha l ohra hija jhobb jibda l aktar. Hafna drab hija jehel ghax jien nipprova naghmilha tal vittma u tahdem ghax il mama` tiblaghha. Ahna jekk nibdew niggieldu ma niqfux impattu 'l xulxin jew jew ninbxu 'l xulxin. Ma niggildx kullimkien ghax meta nohorgu mid dar inkunu qisna angli u ma niggildux.
Il kugini jaqbzu ghalija u hadd ma jaqbez ghall hija. Ahna ma natux kas min jaqbez ghalina imma naghmlubhal hmar iwahhal f' denbu. Kull meta niggieldu nkissru xi haga fid dar. DArba l mama` kissirnielha vazun li kien taha l papa` meta zzewgu u kien ghall qalbha. Meta nara li l mama` bdiet taqbzilha t temperatura malajr niddeciedu biex nergghu naghmlu paci. Mill mam` nibzghu ghax meta tirrabja taghmel wiccha qiaha sahhara jew xi xadina kerha.
Ahna meta nieqfu niggieldu nhossu naqra ghall xulxin u nibddew nghidu ahjar nibdew nghixu ahjar fil kwiet u ma niggildux. Imma nghid jien kif tista ma tiggilidxmeta jkollok huk jew ohtok?
Daryl Leigh
Schembri
Jiena ghandi zewgt ahwa Matthew u Gabriella izda illum ha niddiskuti l imgieba tieghi u ta'Gabriella.Ahna spiss niggieldu ghalkemm mill eta' taghna hemm biss sentejn differenza.Tant niggieldu illi mhux l ewwel darba li kissirna xi ornament.
ReplyDeleteNormalment nibda jiena ninbixha jew nohdilha l kotba,jew xi pitazz insomma dak kollu li nsib importanti ghaliha.Gieli nbidlilha xi pitazz b iehor vojt u tmur l iskola b pitazz vojt.Darba minnhom niftakar meta kienet qieghda tilghab bil playstation qbadtilha xaghra u telliftilha rebha u meta giet biex tpattihieli ghidt 'l ommi li qieghda taqbad mieghi.U xi nghidu meta mmorru l bandli?Kulhadd bl ideat differenti hi noli,jien passju jew jien fuq il bandli hi fuq iz zurzieqa.
Madanakollu gieli nipprovaw nirrangaw u l mama' thobb tghidilna,'Intom ruhi gurnata tajba sitta hziena'.Ghaliex finalment jien u hi ma naqblux.Ma naqbluxejn mal proverbju 'Hobz u sikkina' Ana fuq kollox niggieldu dejjem infittxu x xaghra fl ghagina biex nillatikaw.Biex inpattu gieli nniggzu lil xulxin bil kliem.Qisna mgienen zghar.Izda biex nirrangaw indumu ftit u gighli nippruvaw indahhlu l Matthew fin nofs u miskin ikollu jigi qisu ballun filli mighi u filli maghha.
Imma xorta wahda madanakollu nhobbha u nistmaha ta' ohti ghaliex minghajra ma nghix niddiskuti maghha u nilghab maghha.Izda niehu gost ninbixhha u nidhqu flimkien ma Matthew.Lill Gabriella nqisha oht tal genn !
Naomi Mallia
Jiena u Ohti kelb u qattus.
ReplyDeleteOhti z-zghira jisimha Zoe. Jien u hi qisna kelb u qattus, dejjem tarana niggieldu ma' xulxin. Qatt ma nieqfu.
Generalment tibda ohti . Toqghod tinbixni u tiffittani sakemm naghti kasha u nibda nirrabja. Hekk tkun trid ja m'gharrqa li hi . Imma jiena ma nhallihiex ghaddejja lixxa l-haga. Dejjem irrid inkompli u gieli naghmlilha xi cajt goff. Ahna nibdew niggieldu ghax ohti malajr tivvinta xi haga u tghidli, " Hazziztlek fuq il- pitazzi" u turini l-kuluri f'idejha. Jien malajr nibda nghajjat. Immur nigri nara x' ghamlitli u nsib li ma jkunx veru. Lanqas haqq kemm inkun hlejt energija.
Meta tismaghna l- mama' tigi tipprova twaqqafna. Qabel ma ohti tibda twerzaq, toqghod mimduda taparsi waqqajtha jien u tibda thanxar. Il- mama' tigi tara x'gara u ovjament nehel jien. Xi dwejjaq ta' oht! Xi kultant ikun nixtieq li ahjar kont wahdi imma niehu gost nara lil ohti ferhana. Gieli kissirna xi vasun jew xi statwetti bil- glied u malajr inwahhlu f' xulxin. Ahna kullimkien niggieldu u l-mama' l- hin kollu tghajjat u thanxar qisna mignuna. Pero' ma tantx indumu biex nirrangaw ghax imbaghad nhossu ghal xulxin u nergghu naghmlu hbieb.
Jien nixtieq li nghixu aktar fil-kwiet imma fl- istess hin niehu gost ninbex lil ohti.
Celine Abela.
Jiena u hija l-kbir Joseph qisna kelb u qattus.
ReplyDeleteGhalkemm hija huwa sittax-il kbar minni xorta jhobb jinbixni. Jiena xi kultant ninbxu ukoll. L-haga li niggieldu fuqha hi t-televixin.
Hija ffissat hafna fuq il-futbol u xi kultant ikollna xi glieda peress li jien inzomm ma` tim tal-futbol iehor. Meta t-tim li zzommmieghu hu u t-tim li nzomm mieghu jien jilaghbu flimkien tghidx kemm niggieldu. Ahna ninkwetawha hafna lil ommi u hi tibda tghidilna biex niefqu nilletikaw. Joseph jibda jwahhal fija li jien inkun bdejt. Wara li jara dak li jrid hu jibda jinbixni u ma jhallinix nara l-programm favorit tieghi xorta wahda.
Dak il-hin incedi mma wara xi ftit hin nipprovanipattihielu. Ommi dejjem twahhal fija u xi kultant naqla xi penitenza ta` xejn b`xejn. Gili jkollu burdata hazinau minhabba fih ikolli nbati l-konsegwenzi jien. Xi kultant inkun nixtieq li ma niggieldu qatt aktar.Metanigimill-iskola nibda nghidlu biex jitfi t-televixin imma hu jibqa jinbixni.
Kieku ma kienx habba t-televixin jien u hija naqblu hafna. Fl-ahhar mill-ahhar hija hu u rridu nahfru lil xulxin
Jien u ohti, kelb u qattus
ReplyDeleteJien u ohti z-zghira l-hin kollu niggieldu. Jien ghandi ghaxar snin u hija ghandha hames snin. Darba kellna bicca cikkulata u jien kont se naqsamha fi tnejn bejn ohto. Hi riedet tliet kwarti u bdiet tibki ghalxejn. Giet ommi li hasbet li kont se nikolha kollha jien u hadt kastig. Ovjament ic-cikkulata kilitha kollha ohti.
Hafna drabi nehel jien. Insomma, "hafna drabi", il-hin kollu!! Kuljum xi haga gdida. Il-bierah haditli l-pitazz tal-progett fuq l-ispazju li domt saghtejn nikteb. Qabdet u bdiet thazzez fuqu bil-lapes. Jien ma ndunajtx imma nduna l-ghalliem meta fetah il-pitazz! Ma kienx jaf li kienet ohti li biddlet pitazz sabih f'mizerja. Ommi dejjem iggieghlni nirranga s-sitwazzjoni meta fil-bidu nkun irrid nirranga jien. Ohti dejjem taghmilha tal-vittma u ta' l-imwegga.
Jekk nirbah xi kompetizzjoni fl-iskola jew xi mkien u hi ma tkunx involuta xorta wahda trid tpattihieli. Hekk. Ghalxejn. Tghir ghalija u bilfors trid aktar minni. Meta darba gejt mill-iskola u ghidt lil ommi li niffansja lil xi hadd, ohti qaghdet tghajjarni u tittantani. Xi xahrejn ilu bdejna nilaghbu b'ballun zghir hafna. Jien bdejt naghtihulha bilmod hafna u hi bdiet tixxutjah b'hafna sahha. Xi ftit wara l-ballun ghadda minn hdejja u smajt: "KRAXX!!". Kienet kissret statwa prezzjuza hafna ghal qalb tal-mama u bhas-soltu wehhlet fija.
Nixtieq nghix fi ftit kwiet imma l-hin kollu taqla' l-problemi! Xi kultant inhoss ghaliha imma issa mhux ser naghti kasha u forsi tieqaf. Qabel konna niggieldu kullimkien u ommi tkun ser tiggennen.
Daniel Camilleri
Jien u Ohti Kelb u Qattus
ReplyDeleteMhux haga difficli jkollok ohtok izghar minnek.Trid dejjem iccedilhom.Niehu gost nilghab maghha imma tghidx kemm niddejjaq meta hi ma ccedilix.Kwazi dejjem nibdew niggieldu fuq il-pupi jew il-hwejjeg taghhom.
Tahsbu li qed nigdeb meta nghidilkom din,dejjem ohti Maya tibda l-glieda,jien dejjem nipprova nevita l-glied ghalkemm mhux dejjem jirnexxieli.Kulhadd isibha difficli li jinjora lil xi hadd li jinbxek.U dejjem hekk jigrili!Dejjem nizbroffa,jkunu ftit id-drabi li nzomm kalma.Jien ma tantx inhobb il-glied izda meta nehel jien,inpattihielha izda mhux bl-ahrax kif taghmilli hi!Ommi ma tantx thobb il-kastigi u meta niggieldu tghajjat maghna izda qatt ma ssawwatna.Tghidx kemm niehu gost li taghmel hekk.
Mhux l-ewwel darba li nolqtu xi haga.Niftakar darba qghadt nilghab maghha u hi riedet pupa li kont qed nuza.Ippruvajt infehma bil-mod li ma nistax insellifha kollox u bhas-soltu ma semghetx minni u kissritli pupa.Tant irrabjajt li tlaqt nigri ghal warajha u lqatna vazun.Tghidx kemm domna nirrabjaw ma' xulxin u ohti wehlet.Tghidx kemm ghajtet maghha ommi!Jien hassejt ghaliha izda ridtha titghallem.Meta ohti taghtini,ommi tghidli biex nahfrilha u xi kultant inhoss li ommi ghandha ragun u nahfrilha.Xi kultant meta ma taccettax l-apologija tieghi nibqghu miggildin sa l-ahhar tal-gurnata.
Kif jghid il-qawl "il-hmar iwahhal f'denbu" ahna naghmlu l-istess haga.Dejjem inwahhlu f'xulxin.Izda nixtieq li nghixu fil-kwiet,ghalhekk qed nitghallem inzomm il-kalma biex naqta' xewqti.Nispera li nsiru inhobbu dejjem aktar lil xulxin.
Amy Ebejer
Jien u ohti kelb u qattus.
ReplyDeleteOhti l-fustanija akbar minni seba’ snin. Ahna dejjem niggieldu,kull jum nargumentaw.Gieli l-glied taghna jdum u xi drabi ma tantx indumu biex nergghu naghmlu paci.Hafna drabi niggieldu biex naraw min se joqghod fuq il-kompjuter.Xi drabi niggieldu ghax ohti tghid xi haga li ddejaqni.
Ohti dejjem tibda u tibqa’ tpattihieli.Jien qatt ma xtaqt li niggieldu u kultant nghid li ahjar m’ezistitx.Nixtieq li jien nghix fil-kwiet minghajr glied.Ahna kullimkien niggieldu,fit-triq,ghand qrabatna u sahansitra wara l-quddies,fil-knisja.Ohti l-kbira dejjem taqbez ghalija u missieri jzomm m’ohti l-fustanija.Gieli taghmel xi praspura biex nehel jien u anke f’kull glieda dejjem nehel jien u t-tort ma jkunx tieghi.
kienet ahjar milli kif inhi u ma tibqax ti
Jien nipprova nirranga imma hi tibqa’ tiggieled.Ahna qatt ma nhossu ghal xulxin.Darba waqt li konna f’tilwima jien u ohti kissirna vazun li ghal ommi kien prezzjuz hafna.Kemm-il darba ggilidna minhabba l-qattusa jew biex naraw min se jinhasel l-ewwel.Gieli wara li naghmlu paci titlobni biex ingibilha n-nuccali u kif ma nsibux twahhal fiha li nkun hadtulha jien.Gieli ezatt wara li tidhol id dar minn wara l-iskola,nibdew niggieldu.
Nixtiequ li ohti kienet ahjar milli kif inhi u ma tibqax tiggieled mieghi.Zgur li ohti tibqa’ tiggieled mieghi.Kuljum niggieldu minn filghodu sa qabel norqdu.Ghalkemm jien u ohti niggieldu ahna,infittxu lil xulxin u ma noqoghdux minghajr xulxin.
Roanne Grech
Jiena ghandi ohti li hija ikbar minni ghax ghadha tlettax-il sena. Jiena u hi niggieldu hafna imma fl-istess hin ma noqoghdux minghajr xulxin. L-iktar li niggieldu meta mmoru biex noqoghdu fuq il-kompjuter. Perezempju jkolli l-muzew u waqt il-hin tal-muzew ma toqghodx fuqu mbaghad meta tara li sejra jien fuqu tmur biex toqghod hi.
ReplyDeleteQabel kienet tibda hi u jien kont nibda wkoll imam issa jien l-iktar li nibda allavolja t-tort taghha jkun. Qatt ma kissirna xejn waqt xi tilwima. Mhux dejjem inpattu gieli tqabbizhieli u hawnhekk ikun tort tieghi ghax naqbdu naghtu imam gieli ma jkunx it-tort tieghi u nispicca nehel jien imbaghad hi toqghod tinbixni. Meta jsir jaf il-papa jew ikun id-dar mhux ix-xoghol ma nehilx jien ghax jaqbez ghalija u noqghod fuq il-kompjuter kemm irrid.
Ghal ohti meta naqbdu niggieldu jkun hemm hija jaqbez ghaliha ghax tmur tigri fil-kamra tieghu. Hi gieli tipprova tirranga ezempju ttini daqqa u jien inwegga’. Wara li tara li jien inkun weggajt u tigi l-mama biex tara xi grali, ohti tghidilha li kienet cajta imam ommi hawnhekk taqbez ghalija u tghidilha li m’hemmx cajt bl-idejn. Jien incedi mill-ewwel imma hi ddum biex tirranga.
Jien nixtieq li nghix aktra fil-kwiet ghax niddejja q nisma’ l-ommi l-hin kollu biex noqghod kwieta meta ma jkunx tort tieghi. Gieli nispiccaw niggieldu ghax ohti ghazziena u tkun tridni ngibilha xi haga meta jien inkun f’kamra ohra.
Svetlana Borg
Jiena u ohti kelb u qattus.
ReplyDeleteJien u ohti minn meta konna zghar konna niggieldu. Qatt ma konna naqblu f’xi haga izda l-iktar li konna niggieldu fuha kienet l-inbix u dejjem meta tigi ommna u tara x’inhu jigri dejjem taghmila li qieghda tigi msawta minni u dejjem nehel jien.
Ha nirrakkontalkom wahda mit-tilwimiet li konna ghamilna. Mela xi hames xhur ilu kont qed naqra ktieb f’kamarti u giet ohti fuq ponot subghajha biex ma nindunax biha u kif waslet hdejja qabdet idejha u qarsitni fuq wicci. Kif intbaht qomt mis-sodda mort nigri warajha biex noqros lilha wkoll izda lahqet stahbietli. Bdejt infittixha ma’ kull rokna tad-dar. Bdejt infittex fil-kamra tal-banju izda ma kinitx hemm. Wara mort dritt infittixha fil-kamra tas-sodda tal-genituri izda ma kinitx hemm lanqas.
F’radda ta’ salib gietni idea brillanti. Ftakart li ohti thobb hafna l-helu u meta tghidila li fadal helwa wahda u li se nikolha jien tohrog tigri biex tikolha. Meta bdiet tigri habtet ma zaqqi u qbadt wiccha u qrastha qarsa bilkemm tinhass. Bdiet taghmilha tal- innocenti qabdet twerzaq kemm tiflah biex tigi ommna. Kif semeghtha tiela’ t-tarag bidet izzom wiccha taparsi fajjartilha daqqa. Ommna meta rat lil ohti fl-art u rat lili hdejha hasbet li ghamiltilha xi haga biex nibda niggieled.
Meta nzilna dak il- hin dahal missieri u meta sema’ bil-bicca tani kastig li ma narax televizjoni l- gurnata kollha. Qabzet ommi u qlet li mhux gurnata wahda izda l- gimgha kollha. Bis-sahha ta’ missieri waqghet ghal gurnata wahda. Xi kultant inhoss li kieku ma kellix lil ohti nkun fil-kwiet izda mbaghad nghid li jekk ma tkunx hi ma min nilghab hlief hija li ghadu tarbija. Kemm nixtieq li nghix fil-paci.
Ryan John Aquilina.
Jiena u ohti kelb u qattus
ReplyDeleteOhti ghandha dsatax -il sena u jisimha Francianne. Jiena u hi norqdu fl-istess kamra. Lilna jghidulna kelb u qattus ghax qatt ma nieqfu niggieldu.
Kien hemm hafna drabi fejn kissirna xi haga waqt li nkunu qed niggieldu bhal xi tazza, vazun jew figorina. Hafna drabi jiena naghmilha ta' l-innocenti u dejjem hi tehel u tghidx kemm tghajjarni. Ahna nibdew niggieldu fuq ix-xejn. Darba fost l-ohrajn matul il-vaganzi tas-sajf iddecidejna li nbajdu d-dar kollha u meta wasalna ghall-kamra taghna kelna glieda ohra kbira. X'kulur konna se naghtu lill-kamra? Jiena xtaqt ir-roza u hi xtaqet l-abjad u wara hafna tilwim, il-genituri tieghi zebghuha griza.
Generalment dejjem ohti tibda, u jiena inkompli u meta ommi tigi biex tara x'gara jiena naghmel ta' bi ruhi li weggajt u tehel hi. Hija tghidli li se tpattihieli u l-ghada tpattihieli bi kbir. Darba wahda kif wasalt mill-iskola bdejt naghmel il-homework meta ommi ghajtitli u kelli nitlaq kollox minn idejja. Hi hbietli il-pitazz u kif wasalt ma rajtux, pero ndunajt li kienet hi. Allura jiena hbejtilha l-ktieb taghha.
Jiena nixtieq li ahna nghixu aktar ta' ahwa li ahna u ma niggildux bejnietna qisna kelb u qattus ghax ma nihux pjacir li noqoghdu niggieldu u b'hekk ikun tajjeb ghal kulhadd.
Nicole Hili
Jien u Hija Kelb u Qattus
ReplyDeleteHija z-zghir jismu Ronan u taf kemm noboghdu!Xi drabi niggieldu hafna fuq xi loghba tal-playstation.Xi drabi huwa jibda l-ewwel fil-glied izda xi drabi ohra nibda jien l-ewwel imma l-maggoranza huwa jibda l-ewwel.
Darba wahda konna kissirna vazun u kien il-favorit t'ommi.Hija kien qed jinbixni x'hin kont qieghed naqra.X'hin tellaghhieli sal-ponta ta' mniehri mort nigri warajh.X'hin kien qed jigri habat fl-iskrivanija u waqqa' l-vazun.
Indumu tletin minuta biex nirrangaw imma ghoxrin minuta wara nergghu nibdew.Darba pattejtielu.Hija kien qed jinhasel u jien inhbejt wara l-hajt.X'hin kien gie biex jasal fil-kamra tas-sodda qbizt ghall-hdejh u bezzajtu. Kienet l-isbah gurnata tieghi.Kull meta jibda hija f'xi glieda jien nehel anke jekk ma nkun ghamilt xejn.
Xi drabi nixtieq li nghixu bi kwietna imma din ix-xewqa ma tridx issir realta'.Izda x'hin iwegga f'xi glieda inhoss hafna ghalih u nghannqu wahda kbira.
Dylan Grech
Jien u hija kelb u qattus.
ReplyDeleteKemm –il darba spiccajt niggieled ma` hija l-kbir.Hafna drabi l-glieda tibda ghax joqghod jinkini u din hija l-iktar haga li ddejaqni.Hafna drabi nispiccaw naghtu bl-idejn sahansitra darba qalaghli sinna. Biex nirrangaw jien u hija indumu ,gieli nofs siegha u gieli aktar, skond kemm tkun shuna l-glieda.
Jien u hija npattu bl-idejn u bil-kliem. Bhala tpattija hafna drabi hija jaqbad il-pitazz tax-xoghol tad-dar u joqghod ihazzizli b`lapes fuqu. Imma wara jiddispjacih u jhassar bil-gomma. Hafna drabi jibda hija l-glied u gieli ghax ikun irid jiehu xi haga minn tieghi u ma nhallihx johodha. Meta nkunu qed niggieldu u tinduna bina l-mama` tigi taqbez ghalina skond ta` min ikun it-tort. L-ewwel jien nipprova nirranga. Meta ma jkollix ragun, ommi ggieghlni nirranga ma` hija.
Hafna drabi jien nispicca nehel ghax jien l-ewwel li ncedi. Jien incedi ghax nibda nahseb u nghid li ma jkunx hemm skop ta` din il-glieda. Meta tinduna ommi u ninqabdu li nkunu qed niggieldu nibdew inwahhlu f`xulxin. Jien u hija niggieldu bil-mohbi ghax meta ddawwar rasha ommi nibdew naghtu. Ahna ma niggildux kullimkien ghax nisthu imma d-dar naghmlu festa. Hafna drabi waqt xi tilwima nkissru xi vazuni.
Ahna nhossu ghal xulxin u wara l-glieda nitolbu skuza lil xulxin. Vera li dejjem niggieldu imma mnalla jkun hu ghax dejjem jghinni f`xi haga. Nispera li ma jibqax jinkini daqshekk.
Stefan Portelli
Jien u Hija Kelb u Qattus
ReplyDeleteJien ghandi hija jismu Dylan. Huwa ghandu tnax-il-sena, huwa naqra twil u ghandu xaghru sewda b'ghajnejh kannella. Ghandu karattru ferriehi imma gieli nervuz pero' tghidx kemm jissaportini.
Ahna l-aktar li konna niggieldu meta konna izghar fuq xi gugarelli imma issa li kbirna aktar niggieldu fuq min se jilghab fuq il-kompjuter. Hija aktar ihobb jiggieled bl'ilsien imma mbaghad meta taqbizli iktar niggieled bl-idejn. Ahna niggieldu l-aktar meta nkunu d-dar ghax meta nkunu barra noqghodu qisna angli daqskemm noqoghdu kwieti u ma nghidu xejn. It-tnejn li ahna nhobbu npattu imma jiena inhobb inpatti l-aktar u jiena l-aktar wiehed li niehu ghalija.
Hija jibda jinbex imma mbaghad jiena nkompli. Ommi tifridna u ssikkitna. Imma mbaghad missieri jaghtina l-kastigi u t-tnejn li ahna nghidu li mhux sew u nibdew inwahhlu f'xulxin. Darba wahda, f'gurnata vera kerha, konna qeghdin nigru wara xulxin meta f'daqqa wahda hija zelaq u b'naqra ma waqqax il-vazun prezzjuz tal-mama' fuq rasu ghax gie quddiem wiccu. Ommi tghidx kemm ghajtet u werzqet dakinhar u tghidx kemm bzajt imma xorta bqajna naghtu u niggieldu l-jiem wara.
Ahna avolja niggieldu qisna kelb u qattus imma tghidx kemm inhobbu 'l xulxin u jien ma rridx nara lil haddiehor jiggieled ma hija. Kemm nixtieq li nieqfu niggieldu!
Jien u Oħti, Kelb u Qattus
ReplyDeleteOħti jisimha Melanie u għandha sbatax-il sena. Peress li jien għandi għaxar snin, ma tantx nilagħbu flimkien, anzi qisna kelb u qattus.
Oħti tħobb tinbex ħafna. U jien inkompli magħha. Imbagħad dejjem nispiċċaw niġġieldu bl-idejn. Hi tħobb tigref ħafna għax għandha difrejha twal. Jien biex niddefendi ruħi nispiċċa ntiha xi daqqa ta’ ponn. Peress li hi ikbar minni, ommi ċċanfar iktar lilha għax suppost tagħtini eżempju. Iżda t-tnejn inkunu qed nagħmlu ħażin għax mhux suppost tiġġieled ma’ ħadd. Meta niġġieldu, jien jiddispjaċini l-ewwel u nara kif nagħmel biex nirranġa maghħha. Oħti rasha iebsa u ddum ftit biex jgħaddilha, speċjalment meta jkollha raġun.
Il-ġimgħa l-oħra kellna waħda mill-ikbar ġlidiet. Fil-għaxija qabadni l-ġuħ. Fittixt fil-kexxun t’oħti fejn tħobb taħbi l-ħelu, u sibt pakkett gallettini, ftaħtu u niżilli għasel. Tgħidx x’għamlet oħti meta ndunat. Kienet xtratu għal piknik ma’ sħabha. Qabdet tgħajjat u spiċċajna nagħtu. Niġġieldu wkoll fuq il-kompjuter. Hi ġġib skuża li jkollha x-xogħol tad-dar x’tagħmel fuqu. Ommi f’dan il-kas magħha żomm għax tgħid li l-iskola tiġi l-ewwel. Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija oħti tagħmel siegħa bl-arloġġ fil-kamra tal-banju. Iddum peress li tkun ħierġa ma’ sħabha. Imbagħad jien ma nsibx misħun biex ninħasel u nibda ngħajjat magħha u niġġieldu.
Għalkemm jien u oħti qisna kelb u qattus, inħobbha ħafna lil oħti u hi tħobbni ukoll. Meta jkolli xi kamp u hi ma tiġix, nimmisjaha ħafna. Jiddispjaċini meta niġġieldu għax lil oħti ma nibdilha ma’ ħadd.
by Darren Zammit
Jien u hija kelb u qattus dejjem niggieldu imma mbghad naghmlu paci f’kemm trodd salib. Generalment dejjem jien nibda l-glied .minhabba li hija hafna izghar minni niehu pjacir noqghod nimbxu ftit .Inhobb narah jigri ‘l hemm u ‘l hawn biex isib fejn qeghdin xi kuluri li jien inkun hbejtu .
ReplyDeleteOmmi dejjem twahhal fija u tghdli biex naghtih ezempju kif ghandu jkun tifel bravu .Hija wkoll jaqbad mieghi ghax waqt li nkun qed naghmel ix-xoghol tad-dar jbda jipprova jiehu l- pitazzi .Ikolli noqghod b’seba’ ghajnejn ghax allahares ihazzizli fuq xi pitazz ghax nispicca naqla’ xi ghajta minghand nl-ghalliem .Anki waqt l-ikel nispiccaw nargumentaw ghax wara li nkunu kilt ic-cikkulata tieghi ndur ghal ta’hija .Tghidx kemm tibda tghajjat ommi ghax inkun bikkejt lil hija u tghidli biex immur bil-ballun fil gnien .lejn kamarti norqod.Jien dejjem inkun qalbi sewda ghax nitlef xi programm favorit tieghi .Ommi dejjem tinkwieta u tghidli li jien u hija kelb u qattus .
Darba wahda gratli wahda tinkiteb .Filghodu kmieni konna qed nilghabu bil- balloon b’kemm kellu sahha .Tant gholja li laqat il-qasrija tal-gara .Biex tghaxxaq id-dinja din l-imbierka ta’ qasrija waqghet fuq il-karozza l-gdida t’missieri .Dak il-hin kont se niggennen. Smajt lil ommi niezla t-tarag . X ‘kont se nghidilha lil ommi ?! wahhalt f’hija z-zghir imma ommi mil- ewwel m’emmnitnix .Dak il-hin hija beda jibki qisu tarbija u jghid li mhux hu li waddab il- balloon.Hu beda jghajjarni li jien kont giddieb .Bhala kastig talli gdibt u ggilidt ma’ hija kelli xahar ma nilghabx fuq il- kompjuter .
Ghalkemm jien u hija kelb u qattus xorta nhossu ghal xulxin .Mela hija jigrilu ci haga l-iskola dejjem inkun l-ewwel wiehed li naghtih l-ghajnuna .Jien se nipprova ma niggilidx ma ‘ hija ghax il-gliedigib l-ghira u l- firda
Alistair grima
Jien u oħti kelb u qattus.
ReplyDeleteJiena għandi oħti ta’seba’ snin. Hija iżgħar minni fl eta’.Oħti jisimgħa Nicole.
Aħna kuljum niġġieldu .Kultant niġġieldu fuq xi pupa jew xi ġugarell ieħor , fuq xi logħoba u kultant anke min se jilgħab mal-kelba! Kultant tibda hi u kultant jien.Il mama’ għalxejn tgħidilna biex ma ndejqux lil xulxin imma xorta kull fejn immorru dejjem niġġieldu.
Darba niftakar morna nieklu f’restorant . Aħna ssoltu tagħna dejjem niġġieldu. Il-papa kien liebes qmis bajda bi strixxi bojod. Huwa ordna luminata għax kellu l-ghatx. Aħna bdejna niġġieldu u f’daqqa waħda, bil-minkeb ilqat it-tazza u nqelbet fuq il-papa’ u ċappasnihielu. Nicole bdiet tilgħabha tal-vittma u spiċċajt weħilt jien.
Għalkemm niġġieldu u ninbxu lil xulxin xorta nixtieq li jonqos naqra l-ġlied għalkemm kultant nidħqu xi daħqa. Imma wara dak kollu li nagħmlu ma noqogħdux mingħajr xulxin.
Jien u hija kelb u qattus.
ReplyDeleteL-espressjoni kelb u qattus tghodd hafna ghalija u ghal hija.Hija Dominic huwa ikbar minni.Jien u hija kwazi kullimkien niggieldu ghax dejjem immeru lil xulxin.Kultant jien u hija qisna hobza u sikkina imma meta nibdew ninbxu lil xulxin hadd ma jwaqqafna u nibqghu sejrin sa kemm tghajjat xi wahda ommi.
Normalment dejjem fuq xi hmerija niggieldu.Ezempju l-bierah x'hin wasalt mll-iskola beda jinbixni hija u spiccajna naghtu.Biex imbaghad ipattihieli talli bdejt naghtih kissirli l-umbrella.Ommi qabzet ghalija u hija ha ghalih,X'hin wasal missieri mix-xoghol hija wehel imma hu pprova jilghabha tal-vittma.Hu qalli li barra li kissirli l-umbrella jerga jpattihieli.
Pero',jekk noqghod nahseb,gieli bdejt jien ninbxu.Kwazi kull meta niggieldu jien u hija dejjem inkissrulha xi haga lil ommi.Izda imbaghad wara l-hmar iwahhal f'denbu kif jghidu,hija jwahhal fija u jien inwahhal fih biex zgur hadd ma jehel.Ommi aqta' kemm tghajjat biex nieqfu niggieldu imma niggieldu inkunu u niggieldu nibqghu.Normalment wra kull glieda ninthgalqu go kamra u ma nitkellmux.
Wara ommi tigi zzieghel bina u ggieghlna nirrangaw u nahfru lil xulxin.Jien nixtieq li jien u hija ma nibghqux niggieldu u nitlewmu u nibdew nghixu fil-kwiet u bla glied !!!!!!
Jien u hija kelb u qattus
ReplyDeleteId-dar il-frazi qiskom kelb u qattus hija l-aktar wahda popolari u jekk ma tinstemax drbtejn kuljum ikun miraklu. Generalment jibda hija iz-zghir jew b’xi moss min wara jew b’xi daqqa ta’ ponn ghall-gost.
Hija ihobb jinbex aktar milli jhobb l-iktar haga ghal-qalbu. Darba hbieli il-basket tal-iskola u tahuli fid-disgha ta’ fil-ghaxija u bqajt sal-hdax naghmel xoghol tal-iskola. Darb’ ohra imlieli il-kamra tieghi bis-sapun u x’hin dhalt m stajtx inzomm il-bilanc u hadtha ghal rasi. Mhux l-ewwel darba li ppruvajt inpattihielu imma qatt ma rnexxieli. Darba wahda pruvajt nahbilu pitazz imma hu minflok sabu u heba tieghi u ghamilt saghtejn infittex.
Hija Marvin jipprova jirranga imma jerga’ jaqa’ ghal li kien. Ommi ghaliha dejjem nehel jien ghax il-kbir u x’hin jara hekk hija aktar jinki. Kull fejn inkunu dejjem jara x’jaqbad jivvinta sahansitra meta jkun ma jiflahx ghax joqghod jaghmilha tal-vittma. L-ghar wahda li ghamilli kienet meta morna fil-kampanja l-familja kolha biex naghmlu kamp. Hu ghamilli r-‘roller scates’ fil-bidu ta’ nizla u waddab il-ballun. Wara qalli, “ Mur gibuli”. Jien mort nigri imma taht sieqi gew ir-‘roller scates’ u bqajt niezel sparat u ghal naqra ma ksirtx saqajja.
Jien nixtieq li nghixu aktar fil-paci u li l-frazi qiskom kulb u qattus ma tibqx tinstema’ id-dar. Imma ghal hija l-aqwa mod kif igawdi l-hin liberu hu billi jivvinta xi paspura jew jinbixni.
/ Jiena u hija Kelb u qattus
ReplyDeleteJien u hija Gabriel qatt ma nieqfu niggieldu.Ahna qisna kelb u qattus.Hija izghar minni xi' hames snin.L-iktar li niggieldu fuq il-loghob ghax bil-fors inkunu rridu nilaghbu ahna biss.
Kemm -il darba npattu lil xulxin.Ghax jien ghamiltu hekk u hu ghamili hekk...dejjem inpattu lil xulxin.Bl-ilsien qatt ma npattu ghax ma tantx nkunu koroh ma' xulxin.Naghmlu hafna cajt goff fuq xulxin biex inpattuha.Darba hija kien kissirli pinna.Ma kienx se' jghaddejja lixxa x'tahsbu ? Tfajtlu gugarell fis-sodda li jniggez.Hu mar biex jorqod u x'hin dahal fis-sodda ghajjat gha jta li qajjem lil kulhadd.Ghoxejt nidhaq meta smajt l-ghajta tieghu.Dejjem hu jibda imma mbaghd jien in
ikompli.Jien u hija meta naghmlu storja shiha dejjem jien nehel ghax hu jaghmilha tal- vittma u sewwa nghid jien ''Jekk tkun il-kbir dejjem tehel int''.Il-kbir dejjem ikollu tort.
Ommi iggieghha nahfru' l xulxin u minn taht l-ilsien nghidu mahfra lil xulxin ,sakemm ma nsibux xi haga ohra biex niggieldu bhal kelb u qattus.Darba konna ghadna gejjin mill- quddies ferhanin li wasalna mill- quddies ferhanin li wasalna d-dar.Kif dhalt fl-intrata nzajt il- gakketta .Kien hemm vazun kbir,sabih u kollu disinji u mimli fjuri.Dan ilqattu u waqa'.Dan ma nkisirx imma xorta ha tisbita kbira.Wahhalt f'hija.Dak baqa' ccassat ihares lejja.Giet il-mama biex tara x'gara.
It-tnejn li ahna wahhalna f'xulxin .Spiccat li ahna tnejn qlajna ghajta ghax bqajna dar u ma hrigniex.Jien m'ghandix huti ohra hlief lilu allura hadd ma jaqbez ghalija.Meta nkunu ghand in-nanna uz-zija huma jaqbzu ghalija u lil Gabriel jaqbzu ghalih in-nannu u z-ziju.Ghalkemm niggieldu spiss meta hija u jien inkunu mifrudin nhoss in-nuqqas tieghu hafna.
Emily-Rose Cassar
Jien u hija kelb u qattus
ReplyDeleteJien u hija z-zghir ta' spiss niggieldu xi glieda tajba qisna kelb u qattus.Il-glieda taghna dejjem tkun fuq xi haga zghira u bla sens.Bhal meta jikolli xi helu minn tighi,jilghab b'xi gugarel minn tighi jew inkella fuq liema programm tat-televizjoni ha naraw.
Meta nibdew xi glieda din iddum sejra mhux hazin.Xi kultant missieri jkollu jidhol f'nofsna biex iwaqqafna.L-aktar li niggieldu bl-ilsien u noqoghdu nghajru lil xulxin.Xi kultant il-bicca tiggrava u sahansitra nxejru xi daqqiet bl-idejn u bis-sieq.Dan jigri specjalment id-dar taghna meta nkunu wahedna ghax meta nkunu barra nkunu qisna zewg angli.
Darba minnhom waqt li konna qieghdin niggieldu glieda tahraq,jien imbuttajt lil hija u kissirna l-vazun favorit ta' ommi u spicca f'elf bicca.Giet il-mama biex tara x'gara u l-hmar beda jwahhal f'denbu u hadd ma ried jammetti li kien it-tort tieghu.Kwazi dejjem jien nehilha u ndabbar xi kastig peress li hija huwa izghar minni u ghandu habta jilghabha tal-vittma.
Nixtieq li kieku ma niggildux aktar u nghixu aktar fil-paci.Imma bhal ma jghidu anke l-imsaren fl-istonku igorru u jien u hija bhalhom naghmlu.L-importanti hu li fl-ahhar tal-gurnata dejjem irqadna hbieb ta' xulxin.