Wednesday, December 2, 2009

Kaxxa Misterjuza

Kemm-il tip ta' kaxxa taf issemmi? Skond ir-raguni ghalfejn tkun se tuza l-kaxxa generalment ikollok daqs ta' kaxxa differenti.U inti, gieli ltqajt ma' kaxxa stramba - jew ahjar - gieli rajt xi kaxxa misterjuza li lilek qabbditek il-kurzita biex tiftahha? Ikteb hawn l-avventura tieghek meta inti ltqajt ma' kaxxa misterjuza.


Punti importanti ghal meta tkun qed tikteb komponiment:

- Ikteb car u li jinftiehem
- Aqsam il-komponiment tieghek f' paragrafi u kun cert li thalli l-ispazji necessarji fil-bidu ta' kull paragrafu u bejn paragrafu u iehor
- Uza kemm tista' aggettivi
- Tiktibx sentenzi qosra, uza kliem li jghaqqdu sentenza m' ohra
- Prova uza vokabularju kkulurit - ftakar li tfal izghar minnek jista' jkun li jkunu qed juzaw l-istess kliem li qed tuza int!
- Qwiel u idjomi u espressjonijiet bhal dawn irebbhu marki kbar - permezz ta' dawn tista' tikseb hafna marki

16 comments:

  1. Kaxxa mistejuza.




    Kien hemm xiha ghakka li tghix fit-triq taghna li kellha fuq id-disghin sena. Kull filghaxija mmur nghina u niehu hsiebha. Fil-vaganzi mmur il-gurnata kollha u mhux l-ewwel darba li gie l-kugin tieghi mieghi. L-aktar li jigi kull nhar ta’ Gimgha izda hu ma joqghodx hem mil-gurnata kollha bhali. Kull nhar ta’ Sibt u Hadd lanqas jiena ma mmur ghandha.


    Hija dejjem tghidilna li meta nkunu rridu nistghu nduru d-dar biex naraw jekk ikollniex bzonn xi haga. Darba minnhom meta nzilna fil-kantina biex naraw x’hemm il-kugin qalli li wara l-armarju hemm haga mistohbija. Qatt m’emmintu f’dawn l-istejjer jivvinta izda baqa’ sakemm ikkonvincieni ukelli naccetta li nressqu l-armarju. Caqlaqniha b’hafna tbatija u bi skantament kbir kien hemm armarju mhaffer fil-hajt fil-baxx u fih kien hemm kaxxa ckejkna msakkra. Ghalxejn ippruvajna nifthuha!



    Kont dejjem ninnota li din il- mara xiha jkollha cavetta imdendla ma’ idejha u qatt ma gieni l-kuragg li nistaqsiha fejn dik ic-cavetta tiftah. Dlonk mort insaqsiha u hi wegbitni li dik kienet taghti ghaa xi kaxxa li kien se jtiha r-ragel taghha f’gheluq l-ewwel sena taz-zwieg taghhom izda hu lahaq miet fuq vapor tal-gwerra li gie mharraq mill-Germanizi. Ahna thassarniha bdak li gara lir-ragel taghha. Ftakarna fil-kaxxa u mall-ewwel urejniha dik il-kaxxa. Mall-ewwel ipprovajnieha u rnexxielna!



    Fiha sibna curkett tad-deheb u kien hemm bicca karta li tghid “Ghaziza marti.” Il-mara qabzitilha demgha minn ghajnejha meta qrajtilha dak il-messagg. Bhala grazzi tghatna ftit flus izda ahna bqajna ninsistu li ma rriduhomx. Ahna l-aqwa li rajniha ferhana.





    Ryan John Aquilina.

    ReplyDelete
  2. Kaxxa Misterjuza

    Darba wahda kont qieghed inqalleb fil-kexxun biex insib il-gugarell li kien heba hija ghax konna ggilidna. F'wiehed mill-kxaxen sibt kaxxa kbira bhal kaxxa taz-zarbun.

    Meta pruvajt niftahha ma stajtx. Bdejt nipprova minn kollox biex niftahha imma dak kollu li ghamilt kien ghalxejn. Din il-kaxxa tidher li kienet ilha mohbija. Mort nistaqsi lil ommi u hija qaltli biex inkompli nfittex fl-ghamar biex forsi nsib ic-cwievet. Jien mort nigri nqalleb fil-kxaxen l-ohra imma ma sibt xejn. Meta kont se naqta' qalbi sibt cavetta. Mort nippruvha u hsibt li ftahtha imma ma kinitx ic-cavetta t-tajba. Tlajt fil-kamra tal-bejt u hemmekk sibt mazz cwievet. Bdejt nipprovahom wahda wahda u wahda minnhom kienet tajba! Ghajnejja xeghlu u ridt intir bil-ferh.

    Din il-kaxxa kollha kkulurita u misterjuza issa stajt niftahha u neghleb il-kurzita li kienet hakmitni. Meta ftahtha sibt hafna affarijiet antiki u prezzjuzi li kienu tal-buznanna. Ezatt kif rajthom mort sparat ghand ommi u missieri biex nghidilhom x'sibt. Ommibaqghet mibluha ghax indunat li kiennu affarijiet tan-nanna taghha. Imbaghad marret tghid lil ommha bis-sejba.

    Il-kaxxa misterjuza li sibt u li tatni kedda biex insib gabet hafna rizq fil-familja, u missieri qalli li ahna u lanqas il-familja t'oht il-ommi m'ghandna ghalfejn ninkwetaw izjed ghall-flus.

    Daryl John

    ReplyDelete
  3. Kaxxa misterjuza


    Is-sajf li ghadda kont qieghed inqalleb fil-kamra tal-imbarazz. Kont niehu gost infittex forsi nsib xi haga antika imma ta` spiss ommi ma kinitx thallini ghax kienet tghidli li t- trab ma jaghmillix tajjeb. Darba wahda sibt kaxxa mohbija wara vetrina zghira.

    Il-kaxxa kienet miksija trab u ghanqbut. Kellha l-kulur iswed izda maz-zmien, saret griza. Kienet kaxxa tqila comb u kbira mhux hazin. Meta mort biex niftahha sibt katnazz u kienet imsakkra bih. Kienet tidher li ilha snin mohbija u kellha riha ta` moffa u ta` trab tal-wirdien. Bil-mohbi mort u hadt il-martell ta` missieri, biex nipprova niftahha izda kollu ta` xejn. Fl-ahhar bdiet tahkimni kurzita’ kbira u hadt turnavit biex nipprova niftah il-katnazz izda thabatt kemm thabatt kollu ghalxejn.

    Fl-ahhar tlabt lil hija l-kbir jigi jghini u jien kien harigli minn mohhi biex infittex ic-cwievet! Fittixt ic-cwievet u sibniehom imremblin f`tapit ahmar tas-suf ghax-xitwa. Ghajjatt lill-missieri u l-ommi biex jigu jaraw il-kaxxa u meta ftahniha sibna hafna muniti tal-fidda qodma. Missieri malli ftahna l-kaxxa mill-ewwel qal li kienet ta` xi buz, buznannu ta missieri li qabel ma miet heba l-muniti tal-fidda go kaxxa zmien twil ilu.

    Missieri cempel liz-zijiet b`dak li gara u wara xi gimgha gew jaraw x`sibna. Iz-zijiet damu jfahhruni u bhala rigal tawni xi haga zghira tal-flus. Il-kaxxa qieghed izommha missieri taht is-sodda tieghu. Din il-kaxxa tfakkarni f`grajja sabiha u fir-rigali li qlajt.

    ReplyDelete
  4. Xi xahrejn ilu kont qieghda nfittex ktieb fl-armarju ta’ missieri li kien qieghed fuq xoghol barra minn Malta. Jien u nfittex sibt kaxxa daqs kaxxa taz-zraben tal-injam b’sellatura msadda li kif taraha timmaginaha ta’ xi elf sena ilu.
    Din il-kaxxa kull darba li narha dejjem tqabadni l-kurzita u ghalhekk mort nghid lil ommi li din bdiet tahsibni li kont qieghda nicajta maghha. Jien kelli nipprova nsib xi par cwievet u din ma kinitx xi haga facli. Ghalhekk l-ewwel post li mort infittex kienet il karma ta’ l-imbarazz. Din hi wahda mill-iktar kmamar zghar u mimlija bl-imbarazz. Jien u ngholli l-ktieb t’ohti kien kollu ghaqbut u harget brimba u jien li tant nibza’ mill-inseti waqajt minn fuq is-sellum. Mill-ewwel bdejt naqta qalbi imma mbaghad hbatt rasi ma xkafa li kien hemm u li minnha waqghu par cwievet msaddin
    Kif raj tic-cwievet hsibtni qieghda nohlom. Jigiefiri kieku qtajt qalbi mill-ewwel ma kont insib xejn. Jien mort fil-kamra tieghi biex niftah il kaxxa imma l-mazz cwievet kellu madwar mitt cavetta u wara li pruvajt xi hamsa u hamsin cavetta is-sellatura ghamlet hoss u kif mort biex niftahha ghajnejja xelghu imma kull ma kien fiha hafna karti. Jien kont iddispjacuta wara li ghamilt sahhti kollha biex insib ic-cwievet. Imma kif qalibt ftit fil-karti bdejt inhoss xi haga iebsa u kif ghollejt il-karti sibt pupa ta’l-injamu kaxxa zghira tad-deheb li meta tftahha tohrog ballerina tizfen il-muzika.
    Jien kont se ntir bil-ferh u mort nuriha lil tal-familja. Kulhadd ferah ghax dawn kienu l-iktar gugarelli sbieh u ghal qalbi.Dawn il-gugarelli vera kont nibza’ ghalihom specjalment il-kaxxa tad-deheb. Qabel norqod niftah il-kaxxa tad deheb inhares lejn il-ballerina u norqod. Tiffany Taylor

    ReplyDelete
  5. Kont ghaddej fil-bosk ma' hija biex niehdu arja friska. Konna qeghdin ingawdu s-silenzju, il-hoss ta'l-ghasfur u l-hoss ta' l-annimali ohrajn. F'daqqa wahda hbatna ma' dan is-senduq.


    Is-senduq kien tal-injam u kellu fejn iddahhal ic-cavetta. Hadna dan is-senduq id-dar u hbejnieh fil-kamra taghna. Qabditna l-kurzita' u ppruvajna nifthuha bil-martell. Rajna li lanqas ghamlet effett fuqha allura hallejniha hemmhekk. Kien hawn ragel li kellu senduq mimli 'affarijiet' u xtaq li jahbih x'imkien.L-unika post li sab kien dan il-bosk u hemmhekk haffer nofsu u poggieh hemm. L-unika post li sab kien dan il-bosk. Biex jirrabja l-persuna heba c-cavetta x'imkien fil-bosk. Dan kien sinjur u ghalhekk ghamel din il-haga. Kulhadd sar jaf b'dan it-tezor pero' ma kinux jafu fejn hu. Kulhadd ipprova jsib dan it-tezor pero' hadd ma sabu ghax fejn kien hemm il-bosk qatt ma dahlu.

    Ommi riedet li ahna mmorru nixtrulha xi affarijiet biex issajjar. Fortunatament, konna ghaddejjin minn gol-bosk u sibna c-cavetta. Malli morna d-dar ftahna s-senduq u go fih sibna l-kuruni ,gizirajjen u muniti tad-deheb li fl-ewro, jiswew xi mitt ewro l-wiehed.

    Ilha ghandi minn dak iz-zmien u zammejtha fil-kamra taghna.Meta ghidna lil ommi morna ghand dak li jsarraf id-deheb u b'total sibna li kellna fuq il-miljuni ( b'total 856,750,000 )Grazzi ghal qadja li kelli naghmel sibna c-cavetta.

    ReplyDelete
  6. Kaxxa Misterjuza

    Is- Sajf l-iehor jiena u shabi l-ohra konna qed nghumu fil-bajja ta’ Birzebbuga. Kellna l-maskri tal-ilma u ghalhekk stajna naraw kollox car. Habiba tieghi Lucy bdiet tghidilna li kienet sabet kaxxa tal-injam. Is-subien li kienu maghna Alistair u Mark marru jtellghuha. Kienet kbira mhux hazin u kienet tidher antika wkoll. Il-kurzita’ ghelbitna u meta morna biex nifthuha sibna li kellha katnazz kbir mhux hazin. Ixxuttajna, qbadna l-kaxxa u Mark rabat il-kaxxa tal-injam mar-rota tieghu. Qbadna u tlaqna.

    Tfajniha fil-garaxx li kellu nannuwi li m’ghadux juzah u li m’ghadux juzah u lie kien tah lili biex meta niltaqghu ahna mmorru hemm. Darba fost l-ohrajn konna ilna nissaraw mall-katnazz u fl-ahhar dan l-imbierek katnazz infetah. Sibna hafna affarijiet tad-deheb kif ukoll inkwatri antiki. Ghall-ewwel ma konniex nafu x’ha naghmlu u ghalhekk qghadna nifirhu b’dak il-gmiel kollu. Ahna fejn konna qatt rajna dak id-deheb kollu!

    Wara ddecidejna li mhux sewwa li ma naghmlu xejn u ghalhekk cempilna l-pulizija. Tajnihom l-informazzjoni kollha u gew wara xi nofssiegha. Qalulna li dawk l-affarijiet kollha kienu gew misruqa minn hafna muzewijiet differenti f’lejl wiehed! Qalulna wkoll li lill-hallelin kienu qabduhom izda l-hallelin ma rridux jitkellmu fejn hbew il-kaxxa u ghalhekk kienu qed ifittxuha. L-ghada gabuna fuq l-ahbarijiet. Kemm konna ferhanin, konna se ntiru bil-ferh.

    Ghalhekk sirna famuzi ma’ Malta kollha!

    Svetlana Borg

    ReplyDelete
  7. Kaxxa Misterjuża

    Is-Sibt li għadda mort mixja fl-għalqa ta’ ħdejna. Waqajt u ġejt fuq kaxxa. Pruvajt niftaħha imma ma stajtx. Għalhekk ħadtha d-dar miegħi.

    Il-kaxxa kienet kbira mhux ħażin. Naddaftha u ntbaħt li kienet magħmula mid-deheb. Il-kaxxa kellha disinji sbieħ bħal kuruna, ċrieket u mantelli, u fuqha kien hemm ukoll miktub “Re ta’ Malta”. Bejni u bejn ruħi għedt li forsi tista’ tkun ta’ xi re tal-qedem ta’ Malta.

    Qabditni l-kurżita biex nara x’fiha l-kaxxa. Ma stajtx ma ngħid lil ħadd, għalhekk għedt lill-kuġin Glenn għax kien id-dar tiegħi. Għall-ewwel ma riedx jgħini għax beża’ li jidħol f’xi basla. Wara li għedtlu ħafna drabi aċċetta li jgħini niftaħha. Imma għedtlu wkoll biex ma jgħid lil ħadd. Provajna niftħuha b’ħafna modi. Provajna billi waqqajniha minn fuq il-bejt għal isfel, ħabbatniha mal-ħajt, qbadniha bejn il-morsa, iżda kollu għal xejn. Ma stajniex niftħuha. Fl-aħħar daħħalt molla tax-xagħar t’oħti fil-katnazz.

    Fiha sibna xi djamanti u ittri. Fuq l-ittri kien hemm miktub li dawn id-djamanti kollha kienu ta’ Re Alfons, re tal-qedem ta’ Malta. Kien hemm ittri tar-re lir-reġina u lit-tifla tiegħu, naħseb kienet xi prinċipessa. Urejthom lill-familja kollha u x’ħin raw id-djamanti baqgħu qishom statwi. Kemm kont iffurtunat li sibt din il-kaxxa misterjuża!

    By Darren Zammit

    ReplyDelete
  8. Il-kaxxa misterjuza

    Is-Sibt li ghadda kont qieghda wahdi d-dar. Biex nghaddi l-hin qghadt nqalleb gol-kamra ta'l-imbarazz. Kif harist dawra mal-kamra rajt xi haga tleqq li laqtitni.

    Kienet mohbija taht hafna kartun u mort nohrog din il-haga min taht il-kartun. Kienet kaxxa kbira daqs senduq u kienet maghmula mill-injam.
    Fl-injam kien hemm imnaqqxin forom ta' annimali u fjuri tad-deheb. Kient kaxxa li titpaxxa thares lejha daqs kemm kienet kaxxa mill-isbah. Ghandek tghid, minn tant granet li fittixt fil-kamra ta' l-imbarazz ghal xi haga interessanti, is-Sibt li ghadda kelli nsib din il-kaxxa. Kellha hafna zmien fuqha ghax is-susa kielet l-injam u kienet kollha trab. qabditni l-kurzita' u kelli seba' mitt sena biex niftahha.

    Ippruvajt niftahha imma ma rnexxiliex. Il-katnazz li kellha kien mahlul u imsaddad imma xorta kien iebes. Ma stajt insib ebda cavetta. Allura qbadt tajt daqqa wahda sew lill-katnazz. Dak il-hin instema' hoss ta' " clikk" u l-katnazz infetah. Meta ftaht il-kaxxa sibtha vojta. Xi dwejjaq! Lanqas haqq kemm kiluni idejja bil-kurzita'. Imma meta ergajt harist rajt bicca karta li tghid " Biha gholli l-ewwel saff". Ghamilt hekk u fit-tieni saff kien hemm xi flus u xi bolol li qatt ma kont rajt bhalhom. Dak il-hin ghajnejja xeghlu. Kien hemm nota ohra li kienet tghid biex nghozzhom u nzommhom ghax huma tezor kbir. Nghid il-verita' hawdidtni nqara din il-haga imma ma tantx tajt kas. Mort nigri nahbiha taht is-sodda fil-kamra tieghi. Ridt inzommha sigriet halli hadd ma jsir jaf biha.

    Ghalkemm ftahtha u sibt affarijiet sbieh xorta hemm misteru maghha. Ghalhekk sejjahtilha l-kaxxa misterjuza.

    Celine Abela.

    ReplyDelete
  9. Meta konna qed innaddfu biex nidhlu fid dar il gdida qalb l affarijiuet li kien hemm sibt kaxxa zghira.Il lewn taghha kien griz u kienet maghmula mill injam.Hadd ma raha hlief jien.


    Nahseb li kienet ilha hemm iktar minn ghaxar snin.Ma nghidlekx kemm kien fiha ghanmqbut,kwazi tqazzizt immisha.Wara li naddaftha tellajtha fil kamra tighhi.Sirt hanra nar daqs kemm domt nipprova niftaghha.Sthajjiltha ha tinqatghli vina minn rasi.Imkien ma sibt ic cavetta biex nipprovaniftah din il kaxxa.


    Il kurzita' li kelli xkien fiha kienet kbira.S'issa hadd ma kien jaf b'din il kaxxa misterjuza.Ghamilt lejl fuq iehor nahseb ta' min tista' tkun din il kaxxa u fl ahhar sibt it twegiba li kont ilni nfittex.Qtajtha li mmur ghand dik l anzjana li xtrajna d dar minghandha.



    Meta wasalt ghand dik l anzjana u staqsejtha fuq il kaxxa ghajnejha xeghlu bil ferh.Kienet qaltli li tahielha t tifel taghha li emigra lejn l Awstralja ghal dejjem u dik kienet l unika rikordju li kellha minn tieghu.Qabel ma fethitha qalbi kienet qed thabbat mija mija.Kull ma kien hemm par imsielet.Kont iddizappuntata li ma sibtx xi gugarell pero fraht ghax ferraht lill-anzjana

    ReplyDelete
  10. Kaxxa Misterjuza

    Kieney niezla x-xita.Qghadt inqalleb fil-kamra tal-imbarazz.Sibt gozz hwejjeg u kif nehhejthom m'intomx se taqtghu x'sibt.Sibt kaxxa forma ta'senduq.Mid-dehra taghha kienet tidher li ilha mohbija ghal xi ghoxrinn sena.

    Kienet kbira mhux hazin.Kellha kulur iswed car,ftit aktar skur minn griz.Kienet maghmula mill-injam u kienet tqila comb.Malajr hakmitni l-kurzita' u ppruvajt niftahha izda kien kollu ghalxejn.Kienet imsakkra b'katnazz kbir u ohxon.Innutajt li kien hemm karta nofsha barra.Gbidtha bilmod u kienet tghid hekk "Biex issib ic-cwievet trid iddur kull rokna jekk trid tkun taf x'hawn".Peress li kien sar il-hin hbejt il-kaxxa biex ghada nibda t-tfittxija.

    L-ghada ghamilt nofstanhar inqalleb kullimkien tant li qlibt kullimkien ta' taht fuq.Iddecidejt li nghid lil ommi b'dil-kaxxa ghax ma stajtx nissaporti izjed.Hi ma setghetx tiftakar li qatt kellha xi kaxxa misterjuza mohbija fid-dar.Qallibna kullikien u bqajna ma sibna xejn.Fl-ahhar ilqatt kexxun u minnu hargu erba' cwievet,It-tielet wahda fethitu.Dak il-hin ghajnejha xeghlu.Kelli aptit naqbez u noghla.Fl-ahhar irnexxieli nifthu u sibt xi haga li tant iccassatni li ma stajtx nemmen li kienet fiha.

    Kien fiha djarji,kotba u borza flus.Id-djarju kien ta'sid id-dar u kien hemm nota li tghid hekk "Din il-borza flus hi ghal min irnexxielu jsib il-kaxxa".Tghidx kemm frahna.Din kienet veru avventura mill-isbah.

    Amy Ebejer.

    ReplyDelete
  11. Kaxxa Misterjuza

    Kien il-Ħamis u mort nimxi ftit. F’ħin minnhom waqt li kont miexja ħdejn is-siġar sibt kaxxa. Din il-kaxxa kienet daqs kaxxa taż-żraben, magħmulha mill-injam. Kellha kulur qisu fil-griz. Jien ħadtha d-dar u ħbejtha sakemm nara ta’ min hi.
    Mill-għamla tagħha dehret li ta min kienet, ħalla karta biex jekk jisraqha xi ħadd u jaħbuha, min isibha iċempel fuq 21476943. Jien ċempilt u qabadni. Qal li kien jismu Mario Mangion. Jien għedtlu li jien sibt il-kaxxa u hu saqsieni jekk kienetx magħluqa jew le. Jien għetlu li kienet magħluqa. Hu qalli biex għalissa inżommha jien imbgħad jgħidli x’nagħmlu. Jien qabditni il-kurżita x’fija l-kaxxa. Jien mort ngħid lil tal-familja u urejtilhom. Imma żammejnieha sigriet bejnietna.
    Probabli kienet ilha moħbijja xi xahar għaliex għadni niftakar ċar kristall li fuq l-aħbarijiet kien hemm wieħed li tilef kaxxa u naħseb li hu. Kemm-il darba provajt niftaħha b’xi ċavetta li kellna fid-dar imma ma nfetħietx. Ċempel Mario Mangion u qalli li ċ-ċwievet kienu ta’ katnazz li stajt nixtrih. Jien mort nixtrih u rajt jekk qablux miegħu u qablu. Jien ftaħtha u kien hemm id-deheb. Hu qalli li nista’ inżomm id-deheb. Jien bqajt b’dan il-kliem.
    Issa il-kaxxa bid-deheb inżommha fit-tieqa li tagħti għat-triq. Kull min jgħaddi jaraha u jieqaf ftit. Kulħadd ifaħħarna minbarra u jgħid li aħna aħjar nixtru villa minflok dar!

    Roanne Grech.

    ReplyDelete
  12. Gurnata fost l-ohrajn mort ghand ziti li toqghod is-Siggiewi .Tghidx kemm hadt gost! Jien,hija u l- kugin inzilna biex nilaghbu fil-kantina ghax konna ilna zmien twil ma nersqu ‘l hemm .
    Ilmahna kaxxa kbira li kienet qieghda fuq wahda mill- ixkafef li kien hemm mal- hajt umdu.Meta ersaqna aktar vicin stajna naraw li kienet mimlija ghaqbut u trab .Mill- ewwel intbahna li kienet antika hafna.Din kienet tal –injam u li kien krieh hafna issa .Qalbna bdiet thabbat sitta sitta biex naraw x’kienfiha.Pruvajna naraw x’kienet billi nharsu gos –sellatura .Imma kollu ta’xejn ghax il-kaxxa kienet mudlama wisq .
    Bdejna nhabblu rasna kif se nifthuha u ghalhekk iddecidejna li nghidu liz-zija .Hija qaltilna biex immorru ngibu il- martell li kien hemm fil-garaxx ghax ic-cwievet ma kinitx taf fejnhom.Ahna tlaqna nigru daqs berqa lejn il- garaxx .F’kemm trodd salib konna qeghdin lura fil-kantina .Konna ferhanin ser intiru u ecitati mmens . F’kemmn ilna nghidu qbadna l- martell u bdejna nsemmru b’kemm kellna sahha .Fl-ahhar wara hafna tahbit inkisret is-sellatura .Kulhadd bla dubju kien fis-seba’ sema ’dak l-ecitament kollu.
    Kif ftahna l-kaxxa konna ddizappuntati hafna ghax hlief ftit gugarelli ta’ zmien zemzem ma sibniex .Dak il-hin smajna liz-zija niezla t-tarag u kif rat li sibna tant ferhet li dmugh gabez minn ghajnejha .Dawk kienu l-gugarelli li kellha meta kienet ghadha daqsxejn ta’tifla .Xtaqt li kieku sibna xi tezor jew xi somma flus imma b’din il-kaxxa misterjuza ferrahna liz-zija
    MIKTUB MIN :ALISTAR GRIMA BHALA DR A.G

    ReplyDelete
  13. Kaxxa misterjuza

    Kien is-Sibt u jien kont fil-kamra tal-gnien li ghandna d-dar.Bdejt inqalleb biex nara x’kien hemm .Jien u nqalleb insib din il-kaxxa.Gietni l-kurzita` u bdejt nifliha sewwa .Mid-dehra taghha kienet tidher li hi kaxxa misterjuza.Jien bdejt nahseb waqt li ndawwar il-kaxxa f’ideja.F’daqqa wahda rajt data imnaqxa fuqha.Jien ghamilt somma f’mohhi u sibt li ilha hemm mitt sena.

    Il-kaxxa kienet tal-injam u mizbugha bill-vernic.Fuqha kellha forom imnaqqxin.Dawn l-affarijiet lili aktar gabuli kurzita`.Il-kaxxa kienet imsakkra b’katnazz u ma stajtx nifthu.Xtaqt inkun naf ta min hi biex jghidli x’kien fiha.Jien kont sa nghid lil ommi dwar din il-kaxxa misterjuza imam bzajt li tahseb li qed nigdeb.

    JIen kont inzommha fil-kamra tieghi that is-sodda ghax kont certa li had ma’ jsibha.Izda gara li ommi kienet qed tnaddaf il-kamra tieghi.Imbaghad waqaghlha xi haga taht is-sodda u tbaxxiet biex iggibha u sabet il-kaxxa.Ommi qalet lil missieri u missieri wighedni li jghni niftahha.

    Jien u missieri bdejna nippruvaw nifthuha imam ghal xejn .Imbghad missieri gab it-tnalja u fetah il=katnazz.Ghajnejja xeghlu.Go din il-kaxxa sibt pupa tac-carruta antika. Jien ghogbitni u zammejtha.Minn dakinhar ilha ghandi din il-pupa u zgur ha nzommha sa kemm immut!

    ReplyDelete
  14. Kaxxa Misterjuża

    Konna qed inqallbu jien u l-mama fil kamra ta’ l-imbarazz. Kien hemm ġafna mbarazz u f’dak l-imbarazz kollu jien kelli niftaħ il-kexxun tal-gwardarobba. Domt xi siegħa biex niftaħ il-kexxun għax kien magħluq b’ċavetta li ma stajniex insibu. X’ ħin ftaħtu sibt kaxxa ta’ l-injam. Din kienet magħluqa b’kattnazz u xtaqt inkun naf x’ kien hemm fiha. Ma kinitx kbira iżda kienet żgħira. Saqsejt lill-mama’ x’ kienet iżda tant kienet qadima li ma setgħetx tiftakar.

    Milli kien jigher kienet qadima mhux ħażin ħlief għanqbut u ħmieġ ma’ kellhiex. Jien mort naħsilha biex inkun nista’ neżaminha naqra sewwa. Bdejt inċekċika ftit u kull darba li nċekċika bdiet tinstema l-mużika. Staqsejt lill-mama’ jekk kienx hemm xi ċavetta u qaltli li kien hemm kaxxa mimlija ċwievet. F’dan il-kexxun kien hemm iċ-ċwievet kollha tad-dar ħlief tal-bieb ta’ barra. Kien hemm fuq il-ħamsa u sittin ċavetta kull waħda differenti mid-daqs.

    Domt infittex xi jumejn sabiex insib iċ-ċavetta. Sakemm bdejt infittex iċ-ċavetta tfajt il-kaxxa pulita fuq l-ixkaffa. Fl-aħħar irnexxieli nsib iċ-ċavetta. Tgħidx kemm kelli kurżita’. Mort fil-kċina għad-dawl u l-mam’ baqgħet ħdejja. X’ ħin ftaħtha bdiet iżżerżaq. Ma tatax x’ kienet! Il-mama’ mall-ewwel ftakret. Kienet kaxxa tal-mużika b’ mera u ballerina ċkejkna iddur mal-mużika x’ħin tagħfas buttuna ħamra. X’ħin ratha l-mama’ infexxet tibki. Din kienet tagħha meta kienet għalqet ħames snin. Din kien għamilhielha n-nannu bħala rigal ta’ għeluq sninha.

    Jien x’ħinn rajtha xegħel wiċċi. Il-mama’ tagħtha lili sabiex jien niftakar fiha kif ukoll fin-nannu. Din il-kaxxa għalija kienet qisa teżor għax tant irbattha ma’ qalbi li kull figħodu naqbad u ndoqqha.

    Tamsyn Vella

    ReplyDelete
  15. Ghodwa wahda kont miexi fil-kampanja miftuha u arjuza, that xi sigar mhux kbar hafna rajt senduq. Dlonk mort nezaminah mill vicin. Kien senduq iswed tuta ,kbir daqs desk zghir u kien maghmul minn injam iebes stanga. Dak il- hin ma kellix idea x’naqbad naghmel allura cempilt lil missieri biex igib il vann.


    F’hames minuti bum,missieri kien hemm bil-vann.Flimkien tellajna s-senduq fuq il- vann u rhejlina lejn id-dar.X’hin wasalna hadna s-senduq fil- karma tal-ghodda ta’ missieri u tlaqna ‘l isfel infiehmu ‘l ommi. Ommi mill-ewwel fehmitnau inghaqdet maghna biex nipprovaw insolvu l-misteru. Ghall-ewwel qghadna nahsbu ftit kif nistghu nifthu s-serratura tas-Senduq. Fl-ahhar ghelbitna l-kurzita` u tlajna’ ‘l fuq fil-kamra biex insolvu l-misteru.


    Provajna nsibu xquq fis-senduq imma ma kellux, lanqas fis-serratura ghax kienet imblukkjata. Missieri prova jhaffer hofra fis-serratura bid-‘driller’ tad-dawrl imma kien ghal xejn ghax is-serratura kienet hoxna wisq. Fl-ahhar gietni idea, qbadt il-mazza li kellu missieri u qbadt insabbat fuq is-serratura. Ghajnejn missieri xeghlu u qabad jghini. Fl-ahhar is-serratura cediet u smajna “klikk”. Ftahna s-senduq u ma taqtax xsibna!


    Vera ma stennejniex li nsibu hekk. Tghidx kemm iddispjaciena meta ma sibna XEJN!! Xejn ma kien hemm fis-senduq hlief dlam iswed. Jien u missieri hadna battikata ghalxejn! Liam cassar.

    ReplyDelete
  16. Kaxxa misterjuza


    Ghadek ma tafx kemm kont ilhi nhewden fuq il-harga sal-Buskett mal-familja. Fl-ahhar hrigna u waqt li konna mixjin fil-passagg ilmaht sigra li kellha bicca mkissra li ffurmat toqba u mort inhares go fiha...


    Rajt kaxxa. Kellha kulur ahmar b'disinji mqabbzin 'il barra li kellhom kulur dehbi. Id-daqs taghha kien qisu daqs kaxxa tal-gojjellerija. Ghidt lil missieri u gie jara. Ma kinitx imsakkra u missieri dahhal idu gos-sigra u rrnexxielu jiftaghha u fiha kien hemm hames blokki tad-deheb. Qalbi ghamlet: "TIKK!" Missieri kien se jiggennen u qalli li kien sejjer id-dar mal-ewwel u jgib mannara ghax ma setghax jehodhom. Il-kaxxa kien fetahha ghax fuq nett taghha biss seta jmiss imma mhux go fiha. Kif gabha beda jaqta' mis-sigra.


    Jien hemm kont, attent li ma jehodha hadd imma kif rega' fetahha ma kien hemm xejn hlief ghadma, platt imkisser, bicca ta l-art u zarbun imtaqqab. Dawn kif gew fil-kaxxa minflok deheb meta hadd ma missha?! Dan kien kollu misterju. Xi ftit jiem wara morna ghand iz-ziju u jien kont ghadni bin-nervi. Taht il-garigor taz-ziju rajt kaxxa ezatt bhal li sibt il-Buskett. Imma kien hemm tnejn minn dawn. Ftaht l-ewwel wahda u sibt id-deheb. Imbaghad ftaht it-tieni wahda sibt karta li kienet tghid hekk: "Fil-kaxxa l-ohra sibt id-deheb ghax kienet rigal talli solvejt il-misterju imma dan huwa l-vera tezor, it-tezor tax-xejn."


    Ta' min kienet ma nafx imma xorta wahda m'ghidt il-hadd bil-karta. Ghadni kemm solvejt misterju zghir imma issa ghandi misterju bil-wisq akbar minnu...


    Daniel Camilleri

    ReplyDelete