Thursday, November 19, 2009

Fuq il-Monti


Issib min jghidlek li ahjar mill-monti m' hawnx ghax issiblu minn kollox. Hawn min jghidlek li lejn il-monti ma jersaqlekx ghax ma jiflahx jissaporti s-shanat u r-rassa ta' nies li jkun hemm. Veru li l-monti huwa post t' attrazzjoni kemm ghall-Maltin u ghat-turisti? Jew inkella l-monti qed imut ghax in-nies m' ghadhomx imorru bhal ma kienu jaghmlu dari? U int, gieli kellek esperjenza tal-monti? Iktbilna ftit l-esperjenza tieghek u aqsam ftit maghna kif kienet il-harga tieghek. Forsi ma tafx kif, min ghadu ma marx jithajjar!

22 comments:

  1. Fuq il-monti

    Meta mmur il-monti jiena mmur ma familti li hija missieri, ommi, hija u jiena. Ahna mmorru l-montital-Belt wara l-quddiesa tal-Hadd filghodu.

    Hemmhekk ikun hemm hafna bejjiegha u tilari tal-hwejjeg, zraben, affarijiet tal-merca, tal-haxix, tal gugarelli, ghodda, DVDs u diski, tal-kotba, bejjiegha tal-ghasafar u ta’ l-affarijiet uzati u antiki. Jiena niehu pjacir l-aktar fit-tilar tal gugarelli, hija fejn hemm tal-helu u ommi tal-hwejjeg u taz-zraben. Ahna nixtru l-affarijiet li jkollna bzonn jiena, hija u missieri. Missieri l-aktar li jgorr. Hija tghidx kemm ihobbhom il-mudelli tal-muturi u ghalhekk kull meta mmorru kwazi jixtri wiehed. L-ahhar darba li morna peress li missieri jhobb hafna l-ghasafar xtara verdun.

    Ikun hemm hafna rwejjah ifuhu tal-imqaret u kull darba li nxommha dejjem taqaghli zaqqi ghalihom. U ghalhekk dejjem nixtru ghax kulhadd ihobbhom. Ikun hemm ukoll iwejjah jintnu specjalment fis-sajf. Kemm ildarba niltaqghu ma’ xi hbieb jew familja. Hafna drabi jkun ir-rih u jtiru l-affarijiet. Fis-sajf ikun hemm hafna shana u qtugh ta’ nifs. Jigu hafna coaches bit-turisti. Lanqas tifhem xejn x’qed jghidu. Il-bejjiegha kollha jghajjtu li taghhom l-ahjar. Ommi thobb tixtrili l-ghasel ghal meta jkolli s-soghla. Fuq it-tilar barra l-fliexken tal-ghasel ikun hemm xehda zghira bin-nahal.

    Din kienet esperjenza tajba hafna ghalija l-ewwel darba li gejt.Dejjem niehu pjacir meta nkunu se nergghu mmorru daqs li kieku kont sejjer l-ewwel darba.

    ReplyDelete
  2. Il-HADD LI GHADDA MORT IL- MONTI M’OMMI U MISSIERI. KELLNA XI QADJIET U X’NIXTRU,U GHAL WARA HSIBNA BIEX INMORRU NIEKLU F’XI RISTORANT.
    Morna l-monti ta’ Marsaxlokk allura stajna nxommu r-riha ta’ hut frisk u tal- bahar sabih.smajna’ hafna storbju u hafna ghajjat. Kien hemm hafna nies allura tista’ timmagina kemm kien hemm rassa kbira.
    Rajna u smajna’ wkoll hafna bejjiegha kburin jaghjtu fuq l-affarijiet,hwejjeg u ikel taghhom. Zi bejjiegha kienu wkoll qed jirrangaw bejniethom.Kien hemm hafna u hafna tilari kbar bil- hwejjeg,gugarelli(li huwat-tilar favorit tieghi)kif wkoll xi tilari ta’ hxejjex u ikel.Il-Prezzijiet tal- affarijiet kienu varji hafna u anke ssib l-istess affarijiet fuq tilari differenti u xorta jkunu ghaljin jew orhosminn xulxin.Minn hemm xtrajna xi hxejjex u hwejjeg sbieh li rajna.Il- Monti ltqajt ma’ shabi Luke u Mark li dawn ili nafhom hafna.
    Ghalkemm gieli mort il- monti qabel, dejjem jolqotni xi haga gdida. Din id-darba laqatni zarbun gdid tal- futbol.Jien inhobb inmur spiss ghax insib hafna affarijiet sbieh bi prezzijiet tajbin u ghax wara nmorru nieklu!!!

    LIAM CASSAR

    ReplyDelete
  3. IL-bierah kien il-Haddu bhas-soltu morna l-monti tal-Belt Valletta. Ahna mmorru hemm ghax il-Belt Valletta tghix in- nanna.L-ewwel immorru nzuru lin-nanna u qabel ma nitilqu mmorru mmorru dawra l- monti.

    Jien inhobb immur il-monti kullnhar ta' Hadd m'ommi u ma' missieri. Ahna mmorru l- monti biex naraw l-affarijiet godda u nixtru.L-ahhar li morna, jigifieri lbierah, xtrajt pupa helwa u timxi wkoll. Kien hafna u hafna affarijiet. Rajt gugarell,bnadarghall bejgh,kalzetti ecc..... Smajt hafna ghasafar ipespsuu l-bejjieha jghajtu.

    Hemmhekk iltqajt ma' habiba tieghi li thobb tmur il-monti.Bhali ! Il-prezzijiet huma tajbin hafna imma mhux kull bejjiegh ikollu l-istess prezzijiet. Il-prezzijiet joghgbuni hafna ghax nara xi haga li ghand hwienet ohra tarahom gholjin hafna.

    Mill-monti tlaqna ghal xi nofsinhar lejn id-dar.Jiena qatt ma jkolli aptit nitlaq ghax niehu gost hafna imma l-mama` tkun trid tmur tixtri l-hxejjex biex issajjar xi minestra tajba.

    Daryl Leigh Schembri

    ReplyDelete
  4. Fuq il-monti

    F' Mejju ta' din is-sena morna l-monti. Ahna morna l-monti tar-Rabat Ghawdex. Morna mal-hbieb u mal-familja biex napprezzaw is-sbuhija tal-post. Ahna morna bil-mixi ghax konna ferm vicin.

    Hemmhekk rajt hwienet kull pass li taghmel u bejjiegha jikkompetu min ikollu l-iktar nies. Il-bejjiegha ta' fuq monti m'ghandux inqas. Kien hemm madwar hmistax -il persuna b' affarijiet differenti xi jbieghu u kulhadd jghajjat il tieghu l-isbah u l-orhos. Ftit minnhom kienu jbieghu bi prezzijiet baxxi ezempju l-hwejjeg zewg euro u ohrajn il-hwejjeg tmien euro. Xtrajna zewg brieret hamsin centezmu 'l wahda u gear ta' hames ewro tal-Liverpool u l-isem ta' wara kien ta' Reina.

    Ma' ltqajna ma' hadd li konna nafu u aktar ma beda jghaddi l-hin aktar bdew jizdiedu n-nies. Min hwejjeg ta' taht, kpiepel, brieret u dak kollu li tista' timmagina. La tkun Ghawdex, ma tistax ma tixtrix xi vazett bil-gbejniet.

    Meta beda joqrob is-siegha ta' wara nofsinhar, dawn il-bejjiegha qabdu jzarmaw. Ghalkemm hadt gost b' li xtrawli ommi u missieri, il-gegwigija tan-nies u r-rassa dejqitni.

    Justin Demanuele

    ReplyDelete
  5. Fuq il-Monti.

    It-Tlieta li ghadda mort il- monti tal- Birgu ghax ma kellix skola. Fid-disgha ta' filghodu jiena u ommi tlaqna bil-karozza lejn il- Birgu.

    Morna biex nixtru xi kutri, xi drapp u xi twapet ghall- kamra tieghi u nixtru xi bzonnijiet ohra. Kien hemm hafna bejjiegha li kienu diga' mlew it-tilari u ohrajn kienu ghadhom qeghdin jistivaw l-affarijiet f'posthom. L-iktar tilar favorit tieghi huwa dak tal- kotba fejn ikollu varjeta' ta' kotba sbieh x'taghzel. Hemm post partikolari fejn wiehed mill- bejjiegha li jkollu aktar minn tilar wiehed, ikun mimli daqs bajda bil- hwejjeg. Niehu gost nara lin- nisa jqallbu f' dawk il- hwejjeg u mhux l-ewwel darba li rajt xi tnejn jiggieldu ghal xi flokk.

    Smajt hafna bejjiegha b' lehinhom ohxon jghajtu biex jigbdu lin- nies biex jixtru. Kien hemm xi bejjiegha li bdew jghajtu , " hut frisk", tal- frott jghajjat , " tliet kilos laring ghal zewg ewro " u hafna ohrajn. Bdejt inxomm ir-riha tal- hut frisk imma nghidlek il- verita' tqazzizthom naqra peress li ma nhobbhomx. Waqt li kont miexja ltqajt ma habibti. Bir- rassa li kien hemm kont ser naqa' ghal wicci, imn' alla zammitni ommi. Kien beda jsir il- hin u tlaqna ghall- karozza mghobbijin.

    X'hin wasalna d-dar rasi waqfet tugaghni minhabba dak l-ghajjat kollu. Zgur li ma nergax immur il- monti ghax jien il- kwiet inhobb.

    Celine Abela.

    ReplyDelete
  6. Nhar il-Hadd li ghadda l-genituri tieghi u jien morna sal-monti ta` Marsaxlokk. Tlaqna lejn Marsaxlokk ghall-habta tat- tmienja u nofs . Malli wasalna domna daqsxejn biex sibna nipparkjaw ghax kien hemm hafna karozzi.

    X`hin wasalna smajna` hafna ghajjat tal-bejjiegha tal-monti biex in-nies imorru jixtru minghandhom. Stajna naraw hafna tilari armati b`affarijiet differenti minn hxejex u hut sa hwejjeg. Ommi riedet tixtri xi haxix, frott u hut missieri ried jixtrixi ghodda u jien ridt nixtri zarbumu ktieb. L-ewwel m` ghamilna kien li dorna il-monti kollu biex naraw il-prezzijiet. Wara li dorna l-monti kollu bdejna nixtru l-affarijiet. Il-prezzijiet kienu kollha differenti minn tilar ghall-iehor ghalhekk stajnanaghzlu l- ahjar prezz.

    Waqt li kont qeghdin nixtrultqajt mal-habiba tieghi Vanessa. Hi wkoll xtrat xi kotba u qaltli li meta naqrawhom nistghu nissellfuhom. Vanessa qaltli li kienet ghadha kif rat kavetta bil-qarnit haj. Jien xtaqt nara din il-kavetta bil-qarnit u mort maghha biex naraha. Wara l-familja ta` Vanessa u tieghi morna nixtru gelat kull wiehed. Il- hin kien sar biex immorru lura d-dar.

    Waqt li konna sejrin id-dar staqsejt lil missieribiex il-Hadd li gej nergghu immorru sal- monti. Jien qatt ma niddejaq il-monti ghax dejjem ikun hemm xi haga gdida.

    Martina Brincat

    ReplyDelete
  7. Il-gimgha l-ohra mort il-monti ta Marsaxlokk.Kien il-Hadd fil-ghodu. Din kienet it-tieni darba li mort dan il-monti. Mort il-monti ghax ikollhom affarijiet sbieh, imma dakinhar l-aktar raguni mportanti li ridna mmorru hemm kienet ghax qbadna ghasfur zghir u kellna bzonn nixtrulu gagga ghax hemmhekk kien l-aktar post vicin. Trid tarani ndur bih f'idi u kulhadd ihares lejja! Nippreferi l-monti ghax gieli jkollhom affarijiet orhos minn tal-hwienet u jkunu tajbin xorta wahda. Ahna gieli mmorru montijiet ohrajn bhal per ezempju tal- Belt ghax dak jarma l-Hadd ukoll.

    Dakinhar meta mort, mort ma'ommi .Kien hemm ibiegh il-hut,affarijiet ghad- dar bhall-borom, twapet,kutri u purtieri,gugarelli,annimali u pjanti,imqaret,'doughnuts' u pasti,hwejjeg u zraben,haxix u frott.Biex ihajjru n-nies imorru jixtru min ghandhom jibdew jaghjtu u jghidu xi prodotti ghandhom ghall-bejgh.

    Dakinhar iltqajna' ma' habiba antika t'ommi.Jien ma kontx naf min hi.Qghadna nduru ftit maghha.Il-prezzijiet kienu ftit ghalja u ftit minnhom irhas.Jien laqtuni l-izjed il-gugarelli u l-kotba imma ommi qaltli le.Ghalxejn bdejt neqred u nibki.Wara mort nivvintalha biex tixtrili huta jew fekruna tal-ilma zghira izda ghalxejn ghax bil-le bqajt!

    Fl-ahhar ommi xtratli basket ahdar zghir b'qattus fuqu.Xorta kont kuntenta bl-ghasfur li qbadt.Ghaliha xtrat 'doughnut',qalziet,qmis,pjanta,haxix, frott,flokk u zewg maggijiet.Tlaqna qisu xi nofsinhar ghax kellna mmorru ghand in-nanna.

    ReplyDelete
  8. Fuq il-monti

    Il-Hadd li ghadda mort il-monti tal-belt Valletta. Mort m`ommi bit-transport publiku. IL-vjagg ha madwar ghoxrin minuta. Mort ghax kelli bzonn xi basket zghir ghall-hrug u ommi kellha bzonn flokk ghaliha.

    Kienet gurnata kiesha u kulhadd kien liebes sew. Stajt tisma` xi bejjiegha jitlewmu bejniethom u xi ohrajn jghajtu l-offerti li ghandhom biex jigbdu n-nies lejn it-tilar taghhom. L-art kienet imxarrba ghax il-gurnata ta` qabel kienet ghamlet halba xita. Meta konna qed infittxu t-tilar li rridu iltqajna` ma ziti li tghix il-belt Valletta. Nippreferi mmur fuq il-monti milli f`hanut ghax ma jkollix ghalfejn noqghod nidhol u nohrog mill-hwienet.

    Xtrajna xi zewg flokkijiet ghal ommi u basket ghalija. Il-prezzijiet vvarjaw ghax ikun hemm hwienet ibighu gholi nfern u jkuin hemm hwienet ibighu rhis hafna. Fuq il-monti jkun hemm hafna bejjiegha u tilari. L-iktar tilar favorit tieghi huwa tal-basktijiet ghax il-bejjiegh ghandu prezzijiet gusti. Il-monti ma tantx immur ta` spiss anzi mmur darba f`xahar.

    Minn fuq il-monti tlaqt ghall-hdax ta` filghodu u wasalt id-dar f`nofsinhar neqsin kwart. Jien mort qabel il-Hadd li ghadda fuq il-monti u nixtieq li nerga` mmur u ma ndumx nistenna wisq.

    Stefan Portelli

    ReplyDelete
  9. Fuq il-Monti

    It-temp lien qed jaqleb minn arja shuna ghal arja kiesha.Tant twalt li kelli bzonn nixtri gwardarobba mimlija hwejjeg.Iddecidejna li s-Sibt imorru l-monti.Igri jasal is-Sibt u nilbes dawk il-hwejjeg shan!

    Is-Sibt wasal.Morna l-monti tal-Birgu peress li kien l-izjed wiehed vicin.Mort bil-karozza ma' ommi.Hemmhekk kien hemm hafna x'tara u hafna nies.Huma kienu jdumu sa nofsinhar u dak il-hin kienu d-disgha u nofs,jigifieri kellna saghtejn u nofs biex nixtru.Rajt hafna tilari,min bil-hwejjeg,min bil-kotba jew imqaret.Tghidx kemm hassejt shana b'dik ir-rassa.Xammejt ukoll riha ta'mqaret li taqsamlek qalbek.Ma nafx kemm-il darba smajt il-bejjiegha jghajtu!Bdejna nduru u mill-ewwel sibt zewg settijiet ta'lbies addattat ghall-gogging.

    Din mhux l-ewwel darba li mort il-monti u dejjem niehu gost.Nipprefri mmur il-monti milli go hanut ghax il-monti ibieghu rhis u jekk tmur ghand ta'magenbu tista' tinqeda wkoll.Ma kinitx xi haga difficli biexd nixtri minn hemm.Il-prezzijiet irhas u l-hwejjeg komdi.L-izjed tilar li ghogobni kien dak tal-kotba ghax jien jekk ikolli ktieb minn sett tant inhobbhom li nkun irrid is-sett kollu.Kif konna mexjin iltqajna mal-habiba tieghi Tiffany.Xi ghaxar minuti wara mxejna u nahseb li veru li n-nisa jghidu hafna anke' jien.

    B'kollox ahna xtrajna zewg joggingsuits,hames flokkijiet,tliet pari qliezet u par zarbun.Tlaqna min hemm ghal xi nofsinhar neqsin kwart.Min jaf kemm se nhossni shuna gol-hwejjeg!

    Amy Ebejer

    ReplyDelete
  10. Fuq Il-Monti
    Il-Hadd li ghadda mort sal-monti ta’ Marsaxlokk.Mort hemm ghax ridt nixtri xi lozor u fl-istess hin isservini bhala harga.

    Kien hemm hafna hut sabih u varjeta’ kbira.Kien hemm hafna storbju ta bejjiegha min jghajjat l-iktar.Kien hemm wisq rassa kulhadd imiss ma’ xulxin.Xammejt ir-riha tal-bahar,tal-hut u tal-arja.Xtrajt zewg pari lozor il-gmiel taghhom.Xtrajt xi tapiti kif ukoll pala u xkupa.Mort m’ohti u tlaqna mid-dar fit-tmienja ta’ filghodu u tlaqna minn Marsaxlokk xi n-nofs siegha ghax waqafna nixtru x’nieklu.Ohti xtrat ukoll “cover” ghall-“mobile” taghha.

    L-iktar li laqtuni huma l-prezzijiet ghax ezempju par lozor tal-queen minghand wiehed jiswa zewg ewro u nofs u minghand l-iehor bl-istess disinji u kuluri jiswa tliet ewro u nofs.Hemm ewro differenza bejn wiehed u l-iehor.Il-bejjiegha certi minnhom jikkompetu ma’ xulxin,ezempju kien hemm wiehed beda jghid li jekk tixtri tlieta taqla’ wiehed b’xejn.Ta’ hdejh bl-istess affarijiet beda jghid li jekk tixtri tnejn taqla’ wiehed b’xejn.Ghalhekk in-nies bdew imorru ghand l-ahhar wiehed.Iltqajt mall-girien x’hin konna fuq l”istage” lura lejn id-dar.

    Gieli mort qabel fuq xi monti izda l-aktar haga li ddejjaqni hija li jkun hemm hafna rassa kif ukoll l-ghajjat.Nippreferi monti ghax fuq it-tilari u niehu pjacir aktar barra milli gewwa.

    Svetlana Borg

    ReplyDelete
  11. Fuq il-Monti

    Il-Ġimgħa li għaddiet mort sal-monti ta’ Ta’ Qali m’ommi. Magħna ġie z-ziju Frans li ġie mill-Italja, it-tfal tiegħu Julia u Jeremy u Glenn, il-mara tiegħu Elaine u oħti ż-żgħira Melanie. Aħna morna bil-karozza t’ommi peress li hemm bogħod mhux ħażin.

    Il-monti ta’ Ta Qali huwa wieħed mill-ikbar monti ta’ Malta. Fil-monti kien hemm ħafna bejjiegħa b’tipi differenti ta’ tilari bħal tal-ħwejjeġ u tal-ġugarelli imma l-aktar li għoġobni kien it-tilar tal-kotba. Il-prezzijiet tagħhom kienu rħas ħafna ħdejn tal-ħwienet u ta’ kwalita tajba ukoll. Kien hemm ukoll gabbani tal-ikel u tax-xorb. Kien hemm ħafna rassa u storbju. Dawk kienu l-affarijiet li dejquni.

    Induru madwar it-tilari kollha tħajjarna nixtru xi affarijiet. Mingħand tal-ħwejjeġ xtrajna erba’ ġinsijiet għaz-ziju Frans, tliet dbielet għaz-zija Elaine. Għall-kuġini xtrajna żewġ flokkijiet u żewġ pari żraben veru irħas. Ommi xtrat żewġ qliezet għal missieri. Mingħand tal-ġuarelli xtrajna pupa titkellem għal oħti Melanie u dar tal-pupi għall-kuġina Julia. Mingħand tal-kotba ukoll xtrajna erba’ kotba għalija u ktieb tal-karozzi għan-nannu Ronald. Dorna mhux ħażin u l-ħin għadda ġmielu. Kollha fjakkajna u xtrajna x’nixorbu u x’nieklu. Tassew niżlulna għasel.

    Jiena ħadt gost ħafna dakinhar u naħseb li anke l-familja taz-ziju ħadu gost ħafna għax qalulna biex nerġgħu immorru darb’oħra. Iżda l-monti mhux post li tmur ta’ spiss għax tara prezzijiet irħas u tibda tixtri bl-addoċċ.

    By Darren Zammit

    ReplyDelete
  12. Fuq il- monti
    It-Tlieta li ghadda morna l –monti tal-Birgu. Tlaqna mid-dar fl-ghaxra u gejna lura f’nofsinhar . Mort mal familja tieghi u morna bil-karozza gdida ta’ missieri . Domna ma sibna nipparkjaw ghax certi toroq ikunu maghluqin min habba l –monti.
    Lewwel ma rajna kienet tilar tal-gallariji maghmulin minn gebel u injam . Kif dhalna ftit ‘il gewwa kien hemm hafna rassa u bejjiegha jipprovaw ibighu kemm jistghu u jikkompetu ma xulxin . Xammejt hafna irwejjah imam l-aktar li dejqitni kienet tal-hut . Bdejt inhoss paniku kbir kulhadd jghajjat u jimbotta u li kien ghalija ma mortx imam n-nanna kienet se taghlaq sninha u ridna nixtrulha xi haga . Il-mama’ xtrat zewg pjanti ghan-nanna ,qmis ghal missieri ,flokk ghalija u dublett ghaliha stess . Imma mhux tilar li tara tixtri mill-ewwel minnhu ghax ezempju ikun hemm tilar ibigh prezz mod u jkun hemm iehor ibigh irhas .
    Kif wasalna hdejn tilar tal-kotba iltqajt ma’ l-akbar habibha tieghi li kienet qieghda tixtri xi kotba. Baqghet miexja maghna u bdiet isaqsini liema tilar laqatni l-aktar u jien ghiditilha “it-tilar tal-tal-kotba u t-tilar tal-hwejjeg u z-zraben ‘’. Fost dawk il-bejjiegha kollha kien hemm habiba t’ommi li kienettmur fl-istess skola maghha . Hija tatna zewg kotba b’xejn wiehed ghalija iehor ghall-akbar habiba tiaghi. Kemm-il darba mort f’dan il-monti u kull darba dejjem nibqa’ nistghgeb lejn il-kobor ta’ dan il- monti
    Ghalkemm inkun hemm hafna nies u storbju xorta ma niddejaqx immur ta’spiss ,Nippreferi hafna l-monti milli l-hwienet ghax tkun barrau ghax ikollok iktar arja. Jien u l-familja tieghi naghzlu hawn ghax huwa post qadim, vicin id-dar u huwa wiehed mill-aakbar monti li hawn f’Malta.
    Tiffany Taylor

    ReplyDelete
  13. Mort man-nanna fuq il-monti ta' Bormla. Morna ghax n-nanna kellha bzonn tixtri xi affarijet u drat tmur il-monti li lanqas biss semmiet hanut wiehed. Kont man-nanna ghax il-mama kellha tmur ix-xoghol. L-unika hwienet li n-nanna kienet issemmi huma l-izpizerija.

    Tlaqna ghal xi t-tmienja d-dar. Waqt li kont diehel il-monti ma smajt xejn hlief, "HUT B'XEJN! HUT B'XEJN! FRISK!" u biex kulhadd jinduna ghamel tabella enormi, Xammejt riha tinten ta' hut,pero' izjed ma' dhalt 'il gewwa bdejt inxomm riha li taqsamlek qalbek. Ghal mument hassejtni rilassat pero' meta r-ragel ghajjat,"PASTIZZI! KEMM IRKOTTA KEMM PIZELLI! PASTIZZI B'XEJN...!" grejt lejn in-nanna meta smajt il-kelma B'XEJN u staqsejta jekk stajtx nixtri wiehed ghax b'xejn . Pero' qaltli li meta jghidu b'xejn ifisser irhis hafna. Ghall-bidu ma rajt xejn differenti minn hwejjeg u ikel pero' malli dhalt aktar 'il gewwa quddiem rajt helu muzika u LOGHOB!? Xtrajna kemm pasti, kemm ikel u kemm xi flokkijiet. Xtratli ftit loghob ukoll. Tal-loghob kien l-izjed wiehed li ghogobni

    Il-prezzijiet ghadek ma tafx kemm kienu baxxi! Kollox irhas minn $5! Propja qisu l-irhas hanut fid-dinja kollha. Iltqajna' ma' hafna hbieb tan-nanna pero' xorta, jien ma tantx hadt pjacir ghax kien hemm hafna ghajjat.

    Qatt ma mort qabel f'xi monti ta' xi rahal iehor. Veru hadt gost il-monti qalb dawk il-prezzijiet u darb'ohra zgur immur hemm meta jkolli bzonn nixtri xi haga.

    Andre' Loui Jenkins.

    (sorry imma jekk tircievi tnejn ghax rega gieli preview)

    ReplyDelete
  14. Fuq il-monti

    Jiena nhobb immur il-monti ta' Ta` Qali ghax huwa monti kbir u hemm ukoll grawnd bil-haxix fejn nistghu
    nilaghbu flimkien. Ahna l-ewwel dejjem immorru l-monti biex nixtru xi affarijiet li jkollna bzonn. Jiena mmur flimkien mal-familja tieghi.


    Ahna mmorru bil-karosza l-gdida taghna li gibna mill-Ingilterra. Darba fost l-ohrajn iddecidejna li mmorru l-monti ghall-hin tas-siegha ta' wara nofsinhar ghax ahna xtaqna nixtru pigama ghalija,nuccali ghal hija,zarbun ghal missieri u baket ghal ommi.


    F'hin minnhom naral-akbar habiba tieghi Rebecca Azzopardi. Jiena ghajjatilha u hi ndunat bija u giet hdejja. Ahna bdejna nitkellmu u jiena ipprezentajt lill-familja tieghi.Ahna bqajna ghaddejjin u fl-ahhar gejna quddiem vann tal-imqaret,popcorn,candyfloss,doghnuts u ahna xtrajna erbat imqaret u waqt li bqajna mexjin qghadna niekluhom. Ahna smajna l-bejjiegha jghajtu kemm jifilhu biex ibighu l-prodotti taghhom. Ikun hemm hafna prodotti vaji bhal ikel u xorb, gugarelli, hwejjeg, basktijiet, zraben, oggetti tad-dar, ghodda u hafna ohrajn. Ikun hemm xi peruni li jbighu oggetti tad-dar uzati.


    Kien wasal il-hin biex immorru lura lejn id-dar. Jiena nixtieq li nmur aktar ta'spiss. niehu pjacir nara affaijiet jew prodotti sbieh li qatt ma rajt bhalhom. Nixtieq li xi darba ommi u missieri jehduna f'xi monti iehor.

    Nicole Hili

    ReplyDelete
  15. Fuq il-monti

    Kien is-Sibt ommi xtaqet tmur sal-monti tal-Belt Valletta.Ohti wasslitna hemm imbaghad imxejna sa hdejn il-monti.Tlajna’ fid-disgha u kienu qed jarmaw l-ahhar oggett biex ibighu.Morna l-monti minhabba li ommi xtaqet li titla’ sal-monti biex tara jekk ghandhom xi haga li ghandha bzonn.

    Bdejt nara minn kollox,nies,affarijiet different u hafna bejjiegha bit-tilari quddiemhom.Bdejt nisma’ n-nies u l-bejjiegha jaghjtu u jwerzqu.Xammejt riha t’ikel u hut.Hassejtni ma nistax niehu nifs qalb dawk in-nies kollha.Kelli seba’ mitt sena biex nohrog minn dik ir-rassa.Kif imxejna,ftit wara ndunajt li ohti ma kinitx maghna imma ftit wara rajtha qed tara l-accessorji.Ftit minuti wara komplejna mexjin u waqafna nixtru xi hwejjeg.

    L-aktar tilar favorit tieghi hu tat-tapiti.Li jolqotni hu li t-tilari dejjem issibhom b’xi haga fuqhom ghax niddejaq nara xi haga vojta.Hemmhekk qatt ma niltaqghu ma’ hadd ghax tant kemm ikun hemm konfuzjoni li lanqas tan-naha l-ohra ma tista’ tara x’hemm u min hemm.Is-soltu dejjem immorru darba f’xahar.Xtrajna hafna hafna hwejjeg,pigami u xi ftit zraben.Gieli mort go hanut imma l-monti nippreferih aktar ghax ikunu rhas imma mhux kollha.Hafna drabi n-nies jippreferu l-hwienet aktar mill-monti.Fil-hdax in-nies bdew jitilqu u ahna ddecidejna biex immorru lura d-dar.

    Il-monti kont mort it-tieni darba u nixtieq nerga’ mmur darb’ ohra.Ahna s-soltu rari konna nitilghu sal-Belt Valletta lanqas jekk ikun hemm xi haga importanti.Issa x-xahar iddiehel immorru sal-monti u mbaghad nergghu nitilghu d-dar.


    Roanne Grech.

    ReplyDelete
  16. Fuq il-monti

    Is-Sibt fil-ghaxija waqt li kont qed nara t-televixin mal-familja ommi harget bl-idea li jekk il-Hadd jisbah sabih immorru sal-monti ta’Marsaxlokk.Jien meta smajt lil ommi tnissel dak il-kliem,qomt minn bilqieghda u tlaqt qisni farfett nigri gos-sodda.Kif kont rieqda fl-isbah raqda hlomt li mort il-monti mal-familja bil-karozza tal-linja.

    Il-Hadd fil-ghodu sebah u jien bakkart kmieni .Qabel morna l-monti morna l-quddiesa ghax ommi u missieri dejjem ghallmuni li l-ewwel Alla mbaghad id-divertiment.X’hin wasalna jien hadt gost ghax jien inhobb imur il-monti.Kien hemm hafna bejjiegha jaghjtu biex jixtru n-nies minghandhom .Hafna prezzijiet kienu wiehed irhas mill-iehor .Hafna nies jghidu li jmorru il-monti ghax il-prezzijiet ikunu baxxi pero’mhux kollox kien rhis.

    Il-monti huwa post mimli bin-nies specjalment il-Hadd.Hemm tista’ tara rases ta’nies , ikel, hwejjeg, xorb, hut u kull ma tista’ timmagina.Barra li rajt, xammejt hafna mqaret,frott,riha ta’ ditergenti u fwejjah.Ommi meta mmorru l-monti qabel ma tizvojta l-kartiera ta’ missieri ma tiqafx tixtri.Xtrajna hwejjeg,imqaret,zraben u affarijiet ta’ kull tip u ghamla.Imbaghad missieri ltaqa’ ma’ habib tieghu u meta missieri jiltaqa’ ma xi hadd ma jiqafx jitkellem.

    Minn fuq il-monti tlaqna ghal habta tas-siegha u nofs. Jien kultant nippreferri l-monti minn flok hanut.Nahseb li jew ghax forsi nhobb l-ghajjat jew ghax inkella drajt immur .U INT THOBB TMUR IL-MONTI?
    REBECCA

    ReplyDelete
  17. Fuq il monti
    Kien il Ħadd u ddeċidejnali mmorru naqra sal monti ta Marsaxlokk .Hekk u hekk il mama’ kellha bżonn tixtri naqra ħut ,biex taghmel torta.
    Tlaqna fl għaxra ta filghodu bil karozza tal mama’. B’kollox konna erbgha : jien ,il mama’,il papa’ u oħti x’ hi nil mama’ pparkjat inżilna niżla u fit tarf eżattkien hem mil monti .Kif eżatt wasalna iltqajna mal kuġini. Morna nkellmuhom imma qalulna li huma kienu sejrin id dar . Wara li telqu kompljna nimxu qalb ir rassa .Kien hemm ħafna nies fosthom wkoll turisti.Stajt tara l mewġ iħabbat mal blat . Stajt wkoll ixxomm ir riħa tfuħ li kienet ġejja mill imqaret. Kien hemm ħafna storbju.
    Kien hemm ukoll ħafna bejjiegħa b’tilari differenti ħafna.Kien hemm kul tip ta kalzzetti,qliezet u mitt ħaġa oħra.Kien hemm ħafna bejjiegħa jgħajtu li l prodott tagħhom kien tajjeb ħafna. X’ħin konna għaddejjin rajna hafna prezzijiet differenti .Kien hemm ħafna oġġetti l istess.Kważi iżda pprezzijiet differenti .Morna iktar ġol qalba tal monti u sibna t tilar fejn kien hemm il ħut.Il mama’ marret tixtri l lampuki waqt li l papa’ beda jara xi qliezet .Jien wkoll laqatni xi ħaġa Din kienet ġiżirana tad deheb .X’ħin xtrat il mama’qbadna u morna d dar.
    Jien inħobb immur il monti għax hemm dejjem tara affarijiet ġodda Din ma kinitx l ewwel darba wara kollox.

    Tamsyn Vella.

    ReplyDelete
  18. Fuq il- monti
    Il-monti hu post sabih hafna mhux biss ghax hemm prezzijiet tajbin ghall-but ta’ kulhadd imma ghax hu pass ‘il boghod mid-dar taghna Nhar ta Hadd dejjem immorru sal-monti ta Marsaxlokk u hemmhekk issib minn kollox ,l-affarijiet kollha li kulhadd ghandu bzonn ghal daru .L-ewwel darba li mort hassejtni stramb pisni huta barra mill- ilma imam mbaghad bdejt nidhra f’dak l-ambjent kummercjali .

    Ilbierah qomt kmieni u mort sal- monti m’ommi u nanti .Din kienet l-ewwel darba li n-nanna giet maghna sas suq .Ghalhekk ridna li hija tibd tigi iktar lejn awn l-inhawi ta’ Marsaxlokk ghax hija kienet toqghod il- Mellieha .Bdejt inhossni ferhan ser intir ghax kont cert li Fredu tal-hut kien gabli dik il- huta qishadik il-‘’clown fish ‘’ta’ FINDING NEMO .Fis-sebgha u nofs bum tlaqna mid-dar biex ma insibux hafna nies .


    Kullimkien kien diga ‘ mimli bl-affarijiet ghax is- suq jibda jarma fil- hamsa . Il –bejjiegha jkunu jridu li qabel ma jibdew gejjin in-nies ikunu diga sbarazzaw u ramaw kollox fuq l- imwejjed .Bdejna nisimghu lilt al- hut jaghjtu kemm jifihu u jiftahru bil-prezzijiet irhas taghhom .Bdejt inxomm hafna irwejjah ta ‘hut frisk .Ommi mill-ewwel xtrat wahda biex niekluha f’nofs inhar . Kien hemm bejjiegh li beda jbiegh il-karozzizghar .Ma kinux ghaljin infern allura ommi accettat biex tixtriliwahda talli mort tajjeb fl-ezamijiet . Kemm fraht meta Fredu gie biex jaghtini dik il- huta.Missek rajt kemm kienet helwaKont herqan biex inpoggiha gol-vaska l-kbira .In-nanna xtrat tapit il-gmiel tighu li kien jaqbel mal-kulur tas-salott .

    Meta harist lejn l-arlogg hadt qatagha x’hin rajt li kienu diga’saru s-siegha ghax tant hadt pjacir li lanqas ridt nitlaq .Waqt li jien u ommi konna qed nixtru ltqajt ma’ siehbi Roderick li tant kont ili ma nara .Kull darba li mmur sal-monti niltaqa’ma xihadd minn shabi tal klassi .Ghalija l- monti huwa l- ahjar post fejn jaqbilek tixtri

    ReplyDelete
  19. Fuq il-monti

    Il-gimgha l-ohra mort il- monti ta` Marsaxlokk.Jien kont mort m`ommi u missieri bil-karozza ta` missieri.Il-monti jarma il-Hadd qabel it-tlugh tax-xemx biex kulhadd jilhaq il-post tieghu.Ahna morna ghal xid-disgha ta` filghodu u xorta kien hemm hafna nies

    Fil-bidu tal-monti kien hemm hafna bejjiegha tal-hut u thidx kemm ghogbitni r-riha tal-hut frisk imma r-rass ma ghogbitni xejn.Bqajna mexjin `il fuq u rajna tal-haxix.hafna mill-bejjiegha kienu dawk li jigu jbghu fit-toroq.Iltqajna ma` tal- qsari u tghidx kemm kellu gmiel ta` qsari,ommi x`hin rathom mall-ewwel waqfet hdejhom biex tara jekk mhux se tixtri xi xitla li m ghandhiex bhala.Ommi damet biex tiddecidi biex tara liemase tixtri.Jien u missieri bqajna mexjin u hallejniha tiddeciedi wahedha. Waqt li konna mexjin smajt lil xi hadd jghajatli. Ma stajtx nara mill-ewwel bin-nies imma wara ftit indunajt li kien Alister. Huwa kien gie mal-genituri tieghu u waqafna nitkelmu flmkien sakem giet ommi u komplejna mexjin.

    Wara komplejna mexjin ma stajniex insibu t-tarf tal monti. X'hin wasalna quddiem tilar tan nucalijiet ghadt niprovahom. Jien ghidt lil ommi biex tixtrili nuccali u hekk ghamlet ghax kontili bzonn wiehed. Tghidx kemm fraht meta xtratuli u poggejtu fuq rasi. It-tilar favoriti tieghi huma ta fejn ikun hemm il-gugarelli. Il-mod li laqatni huma kif jarmaw filghodu kmieni fil-kesha u fil-maltemp.

    Jien nhobb immur spiss imma l-genituri rari jkunu d-dar. Il-monti joghgobni liktar mill-hwienet ghax ikollhom kwazi kollox bl-irhis.

    Andrea

    ReplyDelete
  20. Fuq il-monti


    Il-gimgha l-ohra mort sal-monti ghat-tnax-il darba. Mort mal-familja tieghi kollha minbarra hija l-kbir. Mort ghax inhobb il-kotba tal-"Beano" u tad-"Dandy" u kull sena johrog wiehed annwali. Hrigt mid-dar fis-siegha u nofs.


    Kien hemm hafna bejjiegha u tliet kwarti minnhom bdew jikkompetu u jiggieldu glieda li ma tieqaf qatt. Dawk li jbieghu l-pjanti u kotba tat-tfal sabu post fid-dell u ma ggildux. Kien hemm wiehed tal-qubbajd ghax bdejt inxomm riha ta lewz. U kien hemm iehor li beda jghajjat "Ixtri arlogg b'hamsin centezmu, HI!!!" Lili laqatni hafna wiehed li beda jbigh il-pinen. Mhux pinen normali, go fihom ikollok linka invizibbli. Imbaghad ikollok bozza tal-"UV" biex turik xi ktibt.


    Iltqajt maz-zija Karmen u tatni xi haga, issa nghidilkhom fl-ahhar tal-komponiment. Taghthieli ghax hija bejjiegha tal-gugarelli fil-monti. L-aktar tilar li ghogobni kien tad-"DVD's" u xtrajt zewg "DVD's". Il-prezzijiet tal-pjanti kienu 0.75euros kull wahda filwaqt li d-"DVD's" kienu zewg euros u l-lozor kienu ewro u sittin centezmu. Xi bejjiegha jbieghu rhis, kien hemm min jesagera fil-prezzijiet.


    Ma tantx inhobb immur il-monti ghax ikun hemm shana, rassa, irjihat u mard. Kif nidhol il-monti taqbadni rasi tugaghni u nippreferi hanut tal-hwejjeg bl-arja kondizzjonata. Insomma, il-gugarell li tatni z-zija kienet il-pinna li dejjem xtaqt!!


    Daniel Camilleri

    ReplyDelete
  21. Fuq il-Monti


    Ilbierah mort il-monti ma' ta' l-iskola.Il-monti ta' fejn morna kien MarsaXlokk.Sakemm tlajna t-telgha hafna minna bdew jokorbu b'saqajhom.Kemm xtaqu li kienu ghadhom bil-qieghda fil-karozza tal-linja!Jien kont wahda minnhom.Mill-iskola tlaqna xi d-disgha u kwart.



    Mort ma'tal -iskola ghax kienet bhala harga skolastika.Din kienet l ewwel esperjenza tieghi fuq il -monti.Ma daqqa t'ghajn ma tantx hadt pjacir ghax kullimkien kien mahmug bil-karti u kien hemm hafna storbju.Meta rsaqna iktar lejn ic-cint rajt il-bahar car kristall.imma dak il-mument gew iktar tfal u dawn ghamlu storbju shih li kisru dan il mument sabih.Il bejjiegha bdew jaghjtu.Wara li ghadda ftit tal-hin morna nieklu u gie tal bigilla u ghajjat ghajta f'widnejna"tal -bigila".



    Xammejt riha tinten ta'zwiemel u ndunajt li rfist il-hmieg taz-ziemel.Biex tkompliha wara giet turista u habtett mieghi u l gelat li kellha kollu fuq il flokk tieghi gie.Jien mort nixtri srievet tal karti biex nimsaah il flok kif nista .Nahseb li ommi ha jkolla tixtrili flokk iehor.



    Waqt li konna sejrin l -iskola ltqajt ma'zija li giet dawra sal-monti ta' Marsaxlokk. Din staghgbet x'hin ratni b'dik is-sura ta' flokk. Wara li qaghdna nitkellmu hi telqet biex tmur tkompli iddur il-monti. Wara tlajna tal-linja biex immorru lura lejn l-iskola. Din il-gurnata qatt m'hu ha ninsiha u din il-harga sal-monti nibqa' niftakarha zgur. Kemm stghajt minn l-ohrajn! Kemm kont zvinturata il-bierah hux! Emily-Rose Cassar

    ReplyDelete
  22. Fuq il-monti

    Il-Hadd li ghadda meta kien ghadu bil-kemm sebah missieri gie jqajjimni biex immorru fuq il-monti ta' Marsaxlokk. kien temp bnazzi u ghalekk bakkarna kmieni biex nilhqu nixtru ftit hut frisk.

    Hadna bela' kafe u tlaqna bil-karozza ta' missieri.Ma tantx domna biex wasalna ghax it-toroq kienu ghadhom vojta peress li kien ghadu kmieni.L-ewwel ma laqatni kienet ir-riha ta' hut li kien hemm!Ma tantx kien ghad hemm hafna nies peress li kien ghadu filghodu kmieni.Lanqas il-bejjiegha ta' fuq l-imnut ma kienu ramaw kollha hlief tal-hut, tal-haxix u xi erbgha ohra.


    Sakemm jiena u missieri konna qieghdin naghzlu x'ser nixtru u nqabblu l-prezzijiet in-nies bdew gejjin bil-kotra.Bdiet tinholoq ukoll certu rassa.Tal-imnut bdew jghajjtu b'hangra daqsxiex biex in-nies jixtru minghandhom.Sa dan il-hin ta' l-imnut lahqu ramaw kollha.Kien hemm kull tip ta' bejjiegh bhal tal-annimali,hobz,zraben,hwejjeg,helu,gelat,imqaret u ohrajn.Sakemm jien kont qed niccassa lejn dawk kollha missieri lahaq xtara zewg hutiet il-gmiel taghhom.

    Sar il-hin u peress li kellna l-hut ridna mmorru d-dar malajr biex nilhqu nsajruh.Veru hadt gost il-monti ta' Marsaxlokk u ghalhekk missieri qalli li nistghu mmorru l-Hadd ta' wara.

    ReplyDelete