Wednesday, November 11, 2009
Dahlilna Gurdien
Ma x'biza! Tiftakar meta dahlilhkom l-ahhar gurdien? Jekk qatt ma dahallek wiehed kif tahseb li tista' tkun din l-esperjenza? Jekk ghandek bizzejjed kuragg tirrakkonta dak li gara, nitolbuk tirrakkontalna dak li ghaddejt minnu. Inwieghduk li nipprovaw inzommu d-dahka taghna u noqoghdu serji sakemm tirrakkontalna l-grajja!
Nota: Prova ftakar sabiex tikkopja l-komponiment minghajr zbalji u meta tibda paragrafu gdid aghfas il-buttuna Enter darbtejn. Dan jghin lil min ikun qed jaqrah sabiex isibha izjed facli u fl-istess hin jaghmel il-komponiment tieghek jidher iktar organizzat u pulit.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteKelli hafna esperjenzi koroh f’hajti imma l-iktar wahda kerha kienet meta dahlilna gurdien fid-dar. Jiena qatt ma kont rajt grieden qabel. Dahlilna l-gurdien ghax ftit ilu hanut tal-growser tefgha ta’ gebla ‘l boghod mid-dar tagna ghalaq il-bibien ghal dejjem.
Waqt li kont qed nistudja ommi giet tghidli li kienet sejra tixtri. Wara kwarta nisma’ lil ommi twerzaq.Jiena hrigt nigri u mort nara x’gara. Hadt qatgha kbira x’hin rajt lil ommi fuq il-mejda u gurdien jigri b’bicca gobna kbira f’halqu. Jiena tlajt nigri fuq is-siggu daqs kemm nibza mill-grieden. Fil-hamsa gie missieri u beda jidhak x’hin rana t-tnejn li ahna,jiena fuq is-siggu u ommi fuq il-mejda. X’hin ghidnielu x’gara, qalilna li kien se jipprova jaqbdu.
Ftit wara ergajna rajna l-gurdien hiereg jigri u missieri kien pront qabad l-ixkupa u beda jigri wara l-gurdien. Imma missieri ma qabdux u wara ppruvajna naraw minn fejn il-gurdien kien dahal. Wara ftit sibna li ommi kienet halliet il-bieb tal-bitha miftuh. Fis-Sitta u nofs gie hija u qal li kien se jaqbdu hu. Hija ra l-gurdien fuq il-frigg u mar inkiss inkiss u qabdu minn denbu.
Hija hadu lejn il-bitha u tefghu ‘l barra minn god-dar. B‘hekk spicca kollox b’wicc il-gid u jiena mort nistudja. Kemm inkorlajt meta x’hin mort u sibt dak kollu li ktibt imgerrem. Jiena kelli nibda kollox mill-bidu. Nispera li hadd ma jkollu grieden god-dar.
Nicole Hili
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteGurnata wahda meta jiena kont qed naghmel ix-xoghol tad-dar meta f'daqqa wahda nisma lil ommi tghajjat hawn gurdien, hawn gurdien!
Ahna kollha bdejn nahsbu min fejn seta' dahal u ssuspettajna li dahal mill-garaxx meta missieri kien qed idahhal il-karozza. Peresli ommi tibza hafna mill-grieden kull fejn kienet tmur kont taraha bl-ixkupa f'idejha. Meta nduna missieri mar jigri biex jixtri n-nases, imbaghad meta wasal ghamlilhom il-gobon u poggihom mad-dar kollha. Ommi bdiet tghid lil missieri, lili u lil hija biex meta nuzaw l-affarijiet nahsluhom l-ewwel ghax il-grieden mahmugin u jgibu hafna mard.
Ommi kienet se tiggenen bil-biza', imma mbaghad meta missieri induna kemm hu makakk il-gurdien biex jiekol il-gobon u n-nassa ma tfaqqax mar ghand taz-zebgha u xtara l-velenu. Ahna, jiena u hija l-kbir ridna nzommuh bhal fil-film ta Stuart little. Imma ommi b'ebda mod ma riedet t'accetta. Ghalxejn qghadna nghidulha li niehdu hsiebu ahna, nitimghuh u nnadfulu ahna. Xorta webbset rasha ghax ma riditx. Hi il-hin kollu tittama li jmut xi darba.
L-ghada filghodu nisimghu twerziqa kbira u fl-ahhar inqabad il-gurdien f'wahda min nases li ghamel il-papa. Ommi riedet ittir bil-ferh x'hin saret taf. Hija u jien bil-kontra tal-mama ghax tghidx kemm iddispjacina.
Daryl John
Dahlilna Gurdien!
ReplyDeleteJumejn ilu,ommi bdiet tirrabja ghax kien hem mil-hmieg fuq il-hogor tat-‘toilet’ ghax tahseb li ahna, missieri u jien ma nimmirawx tajjeb ghal go fih. Wara dawn il-jumejn, meta kont qed nara t-televizjoni filghaxija mort naghmel “toilet” u kif ftaht il-bieb rajt xi haga thares lejja bil-hlewwa.
Sakemm indunajt li kien gurdien komplejt miexi ‘l gewwa biex nara x’inhi din il-haga helwa. Jien ghadni sal-lum nitwerwer mill-grieden.Kif irrelizzajt bdejt inwersaq kemm flaht u f’radda ta salib kont qed nitgeddes m’ommi. Ommi saqsietni x’kien gara u jien ghid lil ommi bl-istorja mill A sa Z. il-gurdien qabez u gie fil-kurutur. Meta ratu ommi bidet twerzaq kemm felhet. Tant kemm ghajtet li damdmitli widnejja. Tlaqna nigru l-barra bil-pigama f’nofs ta triq. Il-girien gew jigru barra biex jaraw xi gralna u ghidnilhom b’kollox.
Il-girien dahlu jigru god-dar ha jaqbdu l-gurdien. Ahna ddecidejna li nibqghu barra sakemm jaqbduh. l-ewwwl li dahal fil-kamra kienet il-kcina. Ma rnexxielhomx jaqbduh ghax il- gurdien irnexxilu jahrab u ghalhekk ikkonvincewna li harab mill-istess post li dahal. Wara tlett ijiem bdejna nsibu hafna affarijiet imgermin. Ma stajniex nifhmu min seta gerrimhom izda wara ftit minuti ftakarna fil-gurdien. Kif gie missieri qabad l-ixkupa, xejjirha u l-gurdien harab mit-“toilet. Mill-ewwel qbadna s-sidien u ghalaqnieh.
Minn dakinhar bdejna naghlqu s-sidien tat-“toilet” u nifthuh ghal-bzonn biex nuzawh. S’issa qatt m’ergajna rajna iehor u nisperraw. Darb’ohra nidhlu mal-girien biex ma jergghux jidhqu bina u jghidulna li harab u ma jkunx.
Ryan John Aquilina.
Darba wahda kont f'kamarti, wahdi nistudja ghat-test li kien se jkollna l-ghada. F'daqqa wahda bdejt nisma' xi hsejjes li kienu gejjin mill-kcina, u qomt biex nara x'kien hemm. Xhin wasalt rajt haga li qatt ma kont rajt bhalha. Gurdien!
ReplyDeleteDak il-hin kont vera mbezza' u biex tghaxxaq kont wahdi d-dar ghax il-genituri kienu hardu jixtru minn fuq il-monti. Il-gurdien kien kbir daqs xi sbatax -il centimetru u lili beda jdejjaqni bil-hsejjes tieghu. Kien qed inaqqar il-bicca gobon li kont hallejt jien fuq il-mejda. Huwa kien kbir u oxhon u l-lewn tieghu kien griz u iswed. Mal-ewwel indunajt f'liema kmamar mar ghax kien hemm il-hmieg fis-salott u xi pil minn tieghu f'tal-pranzu.
Huwa dahal mill-bieb tal-gnien li sa dak il-hin kien ghadu miftuh. Il-gurdien dahal ghax jien kont hallejt il-bieb tal-gnien miftuh ghax qabel l-istudju kont mort insaqqi l-pjanti u nsejt il-bieb miftuh. Xhin il-gurdien induna bija u hares lejja jien ghajjatt ghajta kbira, imsarni nizlu f'saqajja u tlajt fuq il-mejda. Il-gar ta hdejna semaghni u giew jghini. Huwa qabad il-gurdien u qatlu.
Kellna xi hsarat fil-wajers tad-dawl imma ma kinux gravi li ma stajniex nirrangawhom. Kellna ideja, jien u r-ragel. Sibna t-toqba tal-gurdien u saddejniha u naddafna kullimkien. Meta hew il-genituri kella avventura shiha x'nghidilhom!
Dahlilna Gurdien!
ReplyDeleteKien is-Sibt u ohti marret tqatta' l-gurnata ghand in-nanna.Qghadt nara t-televizjoni mal-genituri tieghi.Ghamilna ftit popcorn u ghadna nieklu.Hin minnhom rajna gurdien ghaddej jigri.Ommi tant ghajtet li tajjart il-popcorn.
Innutajna li dahal minn go toqba fil-hajt.Din kienet l-ewwel esperjenza li rajt gurdien.Bdejna nisimghu xi thaxwix u indunajna li l-gurdien kien qed igerrem l-ghamara u l-karti.Ridna nehilsu minnu bilfors,ma stajniex inhalluh igerrem l-ghamara u l-karti jew kotba.Jien nahseb li dahal ghandna u mhux ghand ta' fuqna ghax huma ghandom qattusa filwaqt li ahna le.Jista' jkun li kellu l-guh u peress li ma riedx li jittiekel hu gie ghandna.Tant beda jigri li ma konniex certi fejn kien sejjer.Probabbli li dahal gol-kcina biex jiekol.Igri nnehhuh u nehilsu minnu.
Iddecidejna li niehdu azzjoni.Kulhadd telaq jigri biex ifittxu7.Fl-ahhar sibnieh fuq il-bank tal-kcina jiekol bicca gobna.Sakemm wasalna hdejh lahaq harab.Infridna biex infittxuh u ccekjajna l-kmamar u ntbahna li l-gurien zar il-kcina,il-kamra tal-banju u l-kamra tieghi.L-ghar kienet il-kamra tal-banju ghax kienet mimlija pipi.Peress li hu kapaci jmur taht l-ghamnara.Tant ghamilna storbju li nizlu ta' fuqna u gabu l-qattusa biex jghinuna.Wiehed minna qaghad ghassa mat-toqba halli jekk ikunu gejjin aktar grieden isodd it-toqba.
Wara tant giri l-gurdien rega' dahal got-toqba u saddejnieha biex ma jergax jigi.Id-dar saret dizastru meta bqajna dehlin go l-ghamara waqghu xi affarijiet u konna mbenglin.F'dak il-hin gew in-nanniet u wara li spjegajnielhom x'gara tghidx kemm dahku...minbarra ahna!
Dahlilna Gurdien!
ReplyDeleteKien il-Gimgha filghaxija u jien kont qed nistudja. F’hin minnhom rajt xi haga ticcaqlaq hdejn il-gradenza. Indunajt li kien gurdien li dahalmill-gnien. Ommi kienet qed thit xi tutu, missieri kien ix-xoghol sa l-ghaxra u huti kienu l-privat.
Jien waqaft mill-ewwel u mort nghid lil ommi biex tipprova toqtlu imma bezghet minnu. Jien cempilt lill-girien u qaluli li kienu gejjin biex joqtluh.X’hingew qabdu l-ixkupa u telqu jigru warajh.Ma rnexxielhomx jaqbduh imma sabu mod iehor biex jaqbduh.Ftit waragew huti u telqu jigru ghal fuq il-mejda.Ftit wara cempilna liz-ziju biex joqtlu hu.L-ghaxra qabzu u gie missieri.Prova fuq li prova imma qalli li qatt ma qatel gurdien. Jien ghidtlu li qatt ma konna rajna gurdien.
Missieri mar jigri mad-dar kollha wara l-gurdien.Dar mad-dar kollha.Huti provaw joqtluh imma ma qatluhx.Fl-ahhar ohti marret tixtri nassa.X’hin giet tefghet il-gobon fin-nassa u tefghetha fejn il-gurdien.Provajt naqbdu imma mill-ewwel harab.Iz-ziju hass il-htiega li jekk naqbduh jitfghu fil-kampanja.Il-qattusa xammet il-gurdien u marret tigri warajh.Lanqas il-qattusa ma qabditu imma riedet bilfors tieklu.Ftit wara ommi marret torqod u bdiet tipprepara kollox ghall-ghada.
Fl-ahhar qbadnieh u z-ziju mar fil-kampanja u hallieh jahrab hemm.Missieri beda jibza’ inqas u anke jien u huti.Ommi b’xejn ma setghet torqod imma x’hin semghet il-grajja li l-gurdien kien fil-kampanja raqdet fl-isbah raqda taghha.
Roanne Grech
Dahlilna Gurdien !
ReplyDeleteKien il-Gimgha filghaxija. Kont qieghda mixhuta fuq is-sufan tas- salott,nara it- televixin. Bdejt nisma' thaxwix gej mill- kcina. Qabditni l- kurzita' u mort nara x' kien dak il- hoss.
Kienet ser ittini rasi b'dak li kien hemm quddiemi. Rajt gurdien! Kien griz u veru kien mahmug. Kellu denbu iswed fahma bil- hmieg. Peress li kont wahdi lanqas kelli idea x' naqbad naghmel. Ghalhekk qbadt xkupa u bdejt nigri warajh. Kont qisni mignuna. F' hin minnhom ... Ah! hbatt rasi max- xambrella imma xorta komplejt nigri wara l- gurdien.
Ma stajtx nara fejn kien mar billi kien hafif daqs berqa. Fl-ahhar ma stajt insibu mkien u wara li kont certa li telaq saddejt kull toqba li sibt sa kemm gew il-genituri. Kien iddispjacini talli kelli narmi l-aktar kotba favoriti tieghi peress li l-gurdien kien gerrimhom u qaghad fuqhom. Jien qatt ma kont rajt gurdien qabel u zgur li ma rridx nerga' nara iehor.
Kont qed nahseb li ha naqla' xi prosit imma minflok ,tbezbiza qlajt ghax suppost kelli naghlaq il-bieb tal- bitha u nsejt. Nispera li ma jergax ikollna xi gurdien iehor jigri fid-dar.
Celine Abela.
Dahlilna Gurdien
ReplyDeleteX'biza ! Dahlilna gurdien. Dan l-imbierek gurien dahal minn toqba li kien hemm wara t-tavolina tal-kamra tieghi. X'hin dahal jien kont wahdi ghax il-mama` kienet marret tixtri u l-papa` kien ghadu x-xoghol . Jien veru hassejtni mbezza` ghax jien kont nibza` hafna minnhom u kkonfondejt x'ser naghmel.
Dak il-hin kont qiedgha nara t-televizjoni.Bdejt nisma` twerziqa zghira gejja mill-kcina u gietni l-kurzita` biex immur nara x'kien il-hoss. X'hin mort fil-kcina rajt gurdien zghir zghir. Jien bdejt inwerzaq kemm niflah li l-hgieg riedu jinfaqghu.Jien qatt ma kont rajt gurdien ghalhekk aktar bzajt. Dan l-annimal kellu pil veru qasir u kien griz.
Il-gurdien zar tlett ikamamar. Dawn huma l-kmamar tal-banju,il-kamra tal-imbarazz u ovjament il-kamra tieghi minn fejn dahal. Ma kien hemm hadd allura jien kelli nigri warajh biez naqbdu. Allavolja kont nibza`,ghamilt il-kuragg u ppruvajt naqbdu. Ghal din il-bicca xoghol ma kien hemm hadd biex jghini.Dan in-naqra ta gurdien ghamel hsarat mhux hazin.Perezempju gerrem is-siggu, l-imwejjed u kiel il-bicca gobna li kien hemm fuq il-bank. Fl-ahhar irnexxieli naqbdu,jien qtiltu u waddabtu barra mit-tieqa.
Minhabba l-gurdien qlajt penitenza ghax il-mama` hasbet li l-hsarat li ghamel il-gurdien ghamilthom jien.Fi ftit kliem m' emmnitniex. Biex ma jidhlux aktar grieden jiena sakkart it-toqba ta' wara t-tavolina zghira.
Daryl Leigh Schembri.
Fil-hdax ta'filghodu kont qieghda nizfen f'kamarti.Hrigt fil-kcina biex ingib x'nixrob.Waqt li kont diehla 'l gewwa f'daqqa wahda nara furdien fuq il-bank.Bil-fixkla waqqajt it-tazza mal-art u tlaqt nigri gewwa f'kamarti newrzaq.
ReplyDeleteMeta semghetni nwerzaq ommi nizlet minn fuq il-bejt f'kemm trodd salib.Giet f'kamarti biex tara xi grali.Fihemtha kollox bil-kwiet u wara li fihemtha marret dritt tghid lil missieri.Mar igib xi affarijier biex jaqbad il-gurdien mill-garaxx.Filwaqt li ommi bdiet tigbor it-tazza u l-hgieg imfarrak.Missieri mar fil-kcina fejn kien hemm il-gurdien.Hareg bicca gobna mill-frigg u tefaghlha tapp velenu maghha u poggiha hdejn il-gurdien.Kien iswed tuta u mhux kbir hafna u missieri qalilna li kien tela' mis-sink tal-kcina ftit minuti wara li mort nixrob.
Il-gurdien xamm il-gobna u telaq jigri.Jien pruvajt irressaq il-kelba forsi taqbdu hi izda bdiet tibza' ghalhekk jien u hi morna nghalaqna fil-kamra tieghi naraw it-televizjoni peress li jien nibza' minnhom.Dahal fil-kamra tal-banju ghax il-bieb kien miftuh.Missieri ghalaq il-bieb biex jahaseb naqra x'jista' jaghmel.Ommi qabdet xi xugamani li ma nuzawx u dahhlithom fix-xifer tal-bieb biex ma jkunx jista' jahrab.Missieri gab nassa u bicca gobna ohra.Ommi nehhioet ix-xugamani u missieri dahhal in-nassa.
Ommi regghet ghalqet ix-xifer.Wara ftit minuti semghu hoss.Missieri qabad l-ixkupa u dahal fil-kamra tal-banju.Huwa ra lill-gurdien mejjet fin-nassa.Gew jghiduli x'kien gara.Missieri qabdu u tefghu f'basket taz-zibel.
Svetlana Borg
Dahlilna Gurdien.
ReplyDeleteKont ghadni kemm gejt mill-iskola u peress li ommi u missieri jahdmu kont wahdi d-dar.Kont qed naghmel ix-xoghol li taghni l-ghalliem ghad dar meta f`daqqa wahda nara xi haga sewda ghaddejja tigri minn quddiemi.Jien inqtajt minn gewwa u minkejja li bzajt mort nara x`kien.
Jien indunajt li kien gurdien ghax x`hin dhalt fil-kamra li dahal hu rajt il-wajers imgerrmin tat-televixin.Jien bzajtu dak il-hin dahlet il-qattusa qisha xammet li kien hemm gurdien.Dak il-hin hareg il-gurdien.Kien iswed li jkexkex li la kien kbir hafna u lanqas zghir.Jien qatt ma kont rajt gurdien qabel.Meta ftakart li kont hallejt il-biebtal-gnien miftuh ridt nibki ghax tant grew wara xulxin hu u il-qattusa li...
jien bdejt nigri wara l-qattusa biex naqbadha biex ma tibqax tigri wara il-gurdien imma ghalxejn.Jien kont naf li ommi u missieri jaslu d-dar fit-tlieta u nofs,ghllura ghamilt dak kollu li staajt.Il-gurdien beda diehel minn kamra ghall-ohra dahal gol-kamra tieghi,fis-salott,fil-kamra tal-banju u aktar.Imsomma d-dar darha kollha.Bis-sahha tal-qattusa l-gurdien hareg il-barra.Jien bdejt nghannaq il-qattusa mieghi imma x`hin dahlu ommi u missieri...
HERBA SHIHA,quddiem ghajnejhom raw ommi u missieri platti mkissrin,tazzi mfarkin f`elf bicca u armarji kollha migrufin. Nahseb tista` timmagina kif ommi baqghet imbelha u missieri bdiet titlaghlu fawra gmiela Minhabba naqra ta` gurdien qlajt gimgha bla kompjter u televixin.Imma issa sirt niftakar naghlaq il-bieb tal-gnien biex zgur ma tergax tigri din il-haga!!!!!!!
Dahlilna Gurdien!
ReplyDeleteDarba wahda waqt li kont qed niekol l-ikla ta' nofsinhar man-nanniet,iz-zijiet u l-kugini fid-dar tieghi dahlilna gurdien.Kulhadd beza' minnu minn barra jien u l-kugini.Naturalment din kienet haga mhux tas-soltu u hadniha bhal avventura.
Jien gieli kont rajt grieden qabel izda qatt ma kont mort nigri wara wiehed.Din kienet l-ewwel darba.M'ilux konna sibna karti mgerrmin u toqba fil-hajt.B'hekk kellna suspett li kien hawn xi annimal fid-dar.Il-gurdien kien ta' lewn abjad,kellu denbu,saqajh,imniehru u widnejh roza.Kien qisu hmistax-il centimetru twil u n-nanna bdiet twerzaq u tghid li dak kien gurdien ta' l-imramma.Jiena u l-kugini morna nigru warajh.Il-gurdien ma tantx kien ohxon donnu kien mejjet bil-guh.
Dan il-gurdien nahseb dahal minn go dik it-toqba li konna rajna.Il-qattusa lemhet il-gurdien u marret tigri warajh.Waqt li kienet qed tigri warajh telghet fuq il-mejda u kissret il-vazun.Taf ghalxiex dahal?Dahal ghax qabel ma mort niekol kont qed nikteb fuq l-iskrivanija li warajha hemm it-toqba.Hin minnhom waqaghli l-lapes wara l-iskrivanija u x'hin mort biex inressaqha biex ingib il-lapes hallejtha mressqa,b'hekk it-toqba kienet miftuha.Il-gurdien zar il-kamra tas-sodda,il-kcina u l-kamra tal-banju.Hin minnhom waqajt ghal-wicci.
Waqt li kont qed nigri wara l-gurdien il-kugin ghamel nassa biex jinqabad il-gurdien.X'hin inqabad fiha qbadnieh u garajnieh fit-triq.Il-gurdien kisser kikkra u qaccat wajer.Ftit jiem wara saddejna t-toqba.
Deborah Calleja
Dahlina Gurdien
ReplyDeleteKien l-Erbgha filghodu meta gratilna haga li qatt ma stennejniha.Dahlilna xi haga.Dan ikun annimal zghir li hawn nies jiggustawh u hawn ohrajn li meta jarawh tqumilhom xaghrhom.Jien niggustah imma jien kollox kontra ommi ghax meta tarah taghmel bhal mignuna.Tafu min hu dan il mostru zghir?
Dan l-annimal huwa gurdien.Meta dahal kont qed nahdem is suf bil-labar fil-kcina meta f'daqqa wahda rajtu quddiemi.Hija b'kumbinazzjoni kien qed jara programm fuqhom waqt li beda jiekol bicca gobon li f'halqu jhallilu riha tinten pesti.Ghall-ewwel bqajt iccassata ghax meta intbaht li ta' hdejna kellu gurdien kbir ghalaqna kull toqba zghira li stajna nsibu.Din kienet l-ewwel esperjenza li rajt gurdien.Meta rajtu waddabtlu bicca gobon minn ta hija.
Meta sema'lil ommi gejja,l-gurdien,beza' u harab minn idejja.Issa bdejt nibza' li tarah ommi u jtiha hass hazin bil-qatghta.Dahhal jigri wara l-bank tal-kcina.Meta hija ntebah li l gurdien harab u jien kont qed infittxu beda jghinni.Hu bhali jiggustahom il- grieden.F'daqqa wahda tfixkilt fit-tapit u waqajt ghal wicci.Arjajt qomt b'hafna ugigh f'minkbejja .Hija ghinni biex inqum.Il- gurdien telaq lejn il-kamra tas-sodda tieghi.
Fl-ahhar qbadnieh imsakkar fil-kamra tieghi.Jien dhalt u bdejt infittxu mal- kamra kollha u fl- ahhar sibtu.Fil-gwardaroba sibtu imwerwer.Qbadtu u mort nghid lil missieri biex jiehdu ghand habib tieghu li hu ffissat fuqhom.Avolja ghamlilna hsara fid-dar taghna xorta rbatt qalbi mieghu u nixtieq wiehed kollu tieghi meta nikber
EmilyRoseCassar
Dahlilna gurdien!
ReplyDeleteIl-gimgha li ghaddiet gratilna wahda tinkiteb . Dak inhar konna morna nixtru minghand Bertu tal-laham .Kont ghadni kemm saqejt il- pjanti u hargitli minn mohhi biex naghlaq il-bieb tal-gnien warajja. L-ghada filghodu kmieni l-qattusa bdiet tigri ‘l hemm u ’l hawn. Il-qattusa zaret hafna kmamar ,is- salott ,il-kcina u hafna ohrajn. Mill-ewwel indunajt li kien hemm xi haga mhux f’postha .
Wara ftit tal-minuti l-qattusa waqfet hdejn il-hajt li jifred is-salott mill- karma tal- banju.F’kemm trodd salib indunajt li kien hemm toqba zghira gol-hajt.Dakil-hin qalbi ghamlet tikk.Ghajjatt lil ommi u f’hakka t’ghajn giet tigri kemm tiflah . Kif ghedtilha dwar dak li rajt hija bdiet tinkwieta .Mal-ewwel intbahna li zgur kien gurdien li dahal got – toqba
l-ghada wara nofs inhar ilmaht dak il-gurdien jipprova jiehu dik il- gobna zghira li konna poggejna fuq il- mejda tal-iskrivanija. Dak il-hin ma stajtx nemmen lil ghajnejja . Kien gurdien kbir , griz kollu . Kien mahmug jintenn u bi snienu ‘l barra . Tghidx kemm werzaqt u ghajjatt , li missieri gie sparat daqs vlegga b’xkupa f’idu.
Kemm gera imsejken gurdien.fl-ahhar missieri rnexxielu jehles minn dak il-gurdien li ghamel tant hsara lid-dar taghna .kien sahansitra kiel xi zewg wajers li kienu imqabdien mad- dawl u li stajna niehdu xlokk minnhom.
Dan il-gurdien zgur qatt m’hu sejjer jerga jersaq lejn darna ghax did- darba helisha hafif imam darba ohra ha jispicca hazinzgur.nahseb li l- gurdien hadha t- taghlima tieghu li m’ghandux jerga’ jidhol god-djar tan- nies u jien zgur m’hu se nerga’ inhalli l- ebda bieb miftuh.
Alistair Grima
. Daħlilna Ġurdien
ReplyDeleteIl-bieraħ kont qgħeda fil-ġnien insaqqi l-pjanti waqt li ommi u missieri kienu qegħdin jixtru. Wara xi ftit minuti nisma’ ħsejjes u passi żghar ta’ xi ħadd qed jigri fil-kcina.Kif inżilt sibt pakkett tal-ħelu ma’ l-art u gurdien kbir qed jiekol il-ħelu li kont ħallejt barra.
Jien li nibża ħafna mill-ġrieden twerwirt kif rajtu.Ħriġt fil-ġnien biex ngħajjat lil xi ġirien u kif dawn ġew intefgħu jiġru warajh. Daħlu ommi u missieri u kif raw lill-girien ġo dar ħasbu li kont weġġajt jien imma kif raw il-ġurdien missieri twerwer u ommi qabdet l-ixkupa u bdiet tiġri warajh.Ħin minnhom daħal wara it-televixin u gerrem xi wajers.Il- gurdien tela’ fil- kamra tiegħi,fejn noqghod nistudja u fil-kamra tas-sodda t’ommi u missieri.Missieri qam minn fuq is-siġġu biex jieħu tazza ilma imma għadda il –ġurdien u bil- qatgħa waqa’ u kważi kiser siequ.
Dan ma kienx xi ġurdien zgħir u kellu lewn griż skur qisu iswed . Wara ftit il –ġurdien beda jieqaf biex jistrieħ sakemm wasal ħdejn il-bieb ta’ barra u miet. Ommi qabdet l-ixkupa u qabditu u tefgħetu fiż-żibel u rringrazzjat lill-girien ta’ l-għajnuna li tawna. Missieri nizel minn fuq il-mejda u qalli dak daħal għax kien bil-ġuħ u xamm l-ikel . Ommi u missieri tawni penitenza talli ħallejt il-ħelu barra u ħallejt il-bieb tal- ġnien miftuħ . Jien għalija kienet esperjenza ġdida għax qatt f’ħajjti ma kont rajt ġurdien ta’ dak id-daqs fid-dar .
Minn dik il-ġurnata ‘l hawn qatt m’erġajt ħallejt il-ħelu barra jew fejn ġie ġie u qatt m’erġajt ħallejt xi bibien miftuħin . Qatt ma nixtieq li nerġa’ ngħaddi minn xiex għaddejt.
Tiffany Taylor
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteJum fost l-ohrajn kont qieghed nistudja fil-kamra tieghi.Jiena kont qieghed id-dar wahdi.Kultant bdejt nisma tgerrim gol-hajt.Ghall-ewwel ma tajtx kas imma wara ftit il-hoss beda jerga` jinstema` imma kien qieghed jinstema` izjed fil-vicin.Mort niccekkja jekk fi kmamar kienx jinstema` l-istess hoss imma ma smajt xejn.Allura ergajt lura lejn kamarti.X`ergajt smajt dan il-hoss bdejt nissuspetta li hemm xi haga gol-hajt ghaliex il hajt kien tal-injam.
Izjed ma ghadda hin aktar qabditni l-kurzita` u fettilli nfittex madwar il-kamra,Meta mort biex incaqlaq il-gradenza rajt toqba ta` gurdien fejn il-plakka tad-dawl.Ma` kull plakka tad-dawl li kelli mal-art kien hemm toqba ta`gurdien ukoll.Ghall-ewwel ippanikjajt imma waqaft ghall-mument u cempilt lil missieri ghax huwa ma jibzax minnhom.
Missieri qalli biex ma nersaqx lejh ghax ikun mahmug.Il-gurdien tghidx kemm ghamilli hsara fl-ghamara u fil-wajers tal-laptop u tal playstation.Tant ifferocjajt li kelli aptit li naqbad bicca injama u nghaffgu mal-hajt biha.Wara xi kwarta missieri wasal id-dar.Missieri gie fil kamra tieghi bil-karti tal-kolla,nases tal-gurdien u gab gobon valenuz.Il-gurdien mill-ewwel inqabad mal gobon velenuz.Jien ghidt lil missieri li kien mejjet ghal bicca gobon imma issa xewqtu giet realta` u sar mejjet.X`hin waslet id-dar u ghidtilha x`kien gara ommi marret toqghod ghand nannti ghal jumejn
Din l-ewwel u l-ahhar li rrid nara gurdien.Imma din id-darba biddilna l-hajt tal-kamra tieghi ghal gohajt tal-gebel uhekk zgur ma jidholx gurdien iehor.
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteNhar il- Hadd li ghadda waqt li komt qieghda naqra fil-kamra tieghi rajt xi haga ghaddejja tigri. Waqaft min dak li kont qieghda naghmelu mort nara x`kienet. X`hin rajt gurdien quddiem ghajnejja qabadt inwerzaq. Ommi telghet tigri tara xi grail. Ommi wkoll tibza` mill- grieden , u ghalhekk morna nghidu lil missieri biex jigi jaqbdu.
Missieri mar fil-garaxx igib nassa filwaqt li ommi marret iggib bicca gobon. Jien qghadt indur mad-dar biex forsi nara minn fejn dahal il-gurdien. Waqt li kont qieghda nfittex indunajt li kien hemm toqba gol-hajt tas-salott. Wara mort nghid lil missieri biex jigi jsodd it-toqba ghax inkella jidhol xi gurdien iehor.
Missieri wahhal il-gobon gon-nassa u ghamilha f’nofs il-kamra tas-sodda. Jien, il-mama’ u l-papa’ qghadna kwieti bilqieghda fuq is-sodda biex naraw x’ kien se jigri. Ghall-ewwel ma kien hemm hoss ta’xejn imma wara ftit lill-gurdien hiereg minn taht is-sodda biex jiekol il-gobon. Il-gurdien ma damx ma nqabad fin-nassa..
Jien dak il-lejl ma stajtx norqod ghax bdejt nibza` li seta` jidhol xi gurdien iehor. L-ghada
Filghodu meta mort l0iskola rrakkontajt l-istorja lil shabi u dawn bdew jidhqu bija ghax ma bdewx jemnuni. Jien nixtieq li ma nergax nghaddi min esperjenza bhal din.
Martina Brincat
Dahlilna gurdien!
ReplyDeleteKont qieghed naqra fil-kcina hdejn ommi li kienet qed issajjrar. F`habta u sabta nisma` bhal qisu tektik fuq il-hgieg. Jien hsibt li kienet ommi qed thawwad il-borma. Jien saqsejtha hekk kinitx qed thawwad il-borna u wegbitni li le. Jien mort fil- karma tal- Pranzu u lmaht xi haga ghaddenjja tigri.
Hadt qatgha kbira u msarni nizlu f`saqajja . Mort nigri hdejn ommi u ghedtilha x` kont rajt. Hasbitni li kont qed naghmlilha cajta minn tieghi. Ghalhekk morna naraw x`kien hemm. Ma rajna xejn. F`daqqa wahda ergajt rajtu jigri dak li kont rajt qabel. Kien izjed fil- qrib .Kien gurdien ! X`hin rat dan ommi qabdet tghajjat biex jinzel missieri. Morna fil- kcina u meta nizel missieri staqsiena x`gara. Ghednilu x`kien gara. Il-gurdien griz u kien kbir kellu widnejh roza. Kellu denbu twil. Jien bdejt nahseb li dahal mill- bitha ghax insejt il- bieb miftuh. Jien ma tkellimt xejn.
Konna ilna nisuspettaw li ghandna xi inset jew animal f`darna gha konna qed insibu l-hmieg . Missieri cempel lil zijuwi li kien jghix pass `il boghod minna biex jghinna. Xi ftit minuti wara gie zijuwi bil- kelb li ghandu. Sadanittant il- gurdien kien qed jistahba war ail- gurdien. Missieri qabad zewg xkupi uha wahda hu u wahda ghal zijuwi. Il- kelb teaq jigri wara l- gurdien u qaleb it–tavolina u kisser il-vazun li kien fuqha. Zijuwi u missieri telqu jigru ghal warajh u qabdu jaghtu lill-gurdien izda dan xorta harab u ahal wara t-televixin .Wara ftit missieri qata` qalbu u gietu l-idea li jghamel in–nases tal- kola ghall-grieden u tlajna norqdu. L-ghada filghodu sibnieh mejjet u cempilna lil tas-Sanita u gew u gabruh.
Meta nohrog fil-bitha qed nara li naghlaq il-bieb. Meta niftah tieqa u nkunu se nohrog minn dik il- karma qed naghlaq. Din kienet l-ewwel darba li rajt u qtilt gurdien.
Stefan Portelli
Dahlilna gurdien!
ReplyDeleteIs-sena l-ohra, darba fost l-ohrajn dahal gurdien id-dar taghna. Il-gurdien kien bejn wiehed u iehor sitt centimetri. Jiena kont l-Iscouts kif ukoll ohti u ommi x-xoghol u allura missieri nduna bih.
Imbaghad missieri qalilna meta rah u fejn rah. Hu qalli li rah fil-kamra tas-sodda taghhom. Kont se niggennen meta rajt il-gurdien b' ghajnejja ghax ghall-ewwel m' emmintux. Kien l-ewwel gurdien li qatt rajt fid-dar taghna. Jiena rajtu fuq il-gradenzina tieghi.
Il-gurdien dahal ghax hallejna l-bieb tal-bitha miftuh u allura dahal minghajr hadd ma tah fastidju. Missieri qal li meta rah kien qed jigri u hu qalli li kien fuq il-pitazz tieghi u ghalhekk kelli nerga' nibdieh mill-bidu.
Kellna l-qtates id-dar u ghalhekk il-qattusa l-kbira tghidx kemm griet warajh u ghamlitli herba shiha fil-kamra. Tant twerwer, povru gurdien li rega' hareg minn fejn dahal. Ftit wara konna ferhanin li l-gurdien telaqilna mid-dar ghax jien kelli l-ikbar biza' li qatt kelli f' hajti.
Dahlilna Gurdien!
ReplyDeleteKien is-Sibt u jien bhas-soltu kont qed nistudja fuq xi annimali.F’daqqa wahda beda jinstema thaxwix mill-kamra ta’hdejna.Mort nara x’kien u hadt qaghta f’msarni! Rajt bhall-kreatura kerha li qatt ma kont rajt bhalha.
Kien Gurdien.Mort nipprova naqbdu imam hu spara ghal wara l-gwardarobba li lanqas missieri u ommi ma jressquha flimkien.Izda wara bdejt inxomm riha ta’ gobon. Hemm kienet il-mohba tal-kelba tieghi! Kien hemm bicctejn gobon, ikel tal-annimali, bicciet tat-tuffieh u mandra shiha.Jiena mort navza ‘l ommi imma ma kinitx kelma ghax telghet tigri fuq il-mejda.Dak il-mument insejt li ommi tibza mill-grieden.
Wara gietni ideja brillanti.Mort nghid lil hija li jinqala’ sew f’affarijiet bhal dawn. Dan mar gab xi labar, habel tan-najlon u injama kbira.Imbaghad qalli biex norbot il-labar man-najlon u indeffes kollox hemm gew.Malli ghamilt hekk il-gurdien harab min-naha l-ohra u hija kien pront stampah ma’ l-art bl-injama.wara gabru f’pala u mar jigri biha u l-gurdien biex jurih lil ommi.
Malli ratu ommi wersqet wahda li l-girien semghuha kollha u telqet tigri wara l-bieb ta’barra.Fil-pront wasal mix-xoghol missieri u qalilha”Mela qed taghmlu xi festin u nzilt tghidli?” u ommi kien se jhossha hass hazin.
Roderick.Micallef.
Dahlilna gurdien.
ReplyDeleteKont qieghed nara naqra televizjoni. Kont ghadni kif lestejt mill-homework u l-mama' kienet qieghda tahdem. Gurdien ghadda min taht il- bieb pero' jien ma ndunajtx bih.
Indunajt li kellna gurdien meta n-nanna Alice li kienet qieghda torqod werzqet. Din hija t-tieni twerzieqa li smajt minnha f'hajjti kollha u l-ahhar darba werzqet minhabba gurdien. F'radda ta salib jiena u ommi tlaqna lejn il-kamra taghha u hemmhekk bqajna skantati meta rajt lil nannti fuq is-siggu, thares lejn gurdien! Dan il-gurdien kellu mniehru stramb qisu rosa b'naqra kannella u gismu kien kollu kannella. Dahal ghax kellu hafnu hafna guh u jiena thassartu waqt li ommi griet madwar il-kamra twerzaq.
Jiena grejt wara l-gurdien u n-nanna thajret u ghallura giet hija ukoll. Il-hsara kienet kbira meta f'daqqa wahda l-gurdien tela' fuq it-televizjoni. sirt abjad silg meta nannti bezghet, telqet u l-gurdien beda jaghmel pandemonju shih u jiena mieghu! Dahal fil-kamra tan-nanna pero meta mort biex nidhol kien imsakkar. F'daqqa wahda nisma' lil ommi tghajjat u keccietu. Ghannqitni talli ghenthom. Pero' il-mument sabih ma damx hafna meta ommi rat lil kmamar l-ohra mizerja. Qlajt kastig ta gimgha shih
Biex ma jibqax jidhol ghamilna bicca njama taht kull bieb. Jiena gieli rajt gurdien pero' kien jidher helu, minghajr hsara u jibza' malajr. pero allavolja jien xorta narah helu kien mimli hsara u ma jibza' qatt. Il-gurdien huwa annimal perikoluz hafna.
Andre' Loui Jenkins
Komponimenti sbieh u interesanti.
ReplyDeleteSvetlana Borg
Daħlilna Ġurdien
ReplyDeleteNhar it-Tlieta li għadda ma kellniex skola u għalhekk l-għalliem tana ħafna xogħol għad-dar. Kont waħdi d-dar għax ommi kienet xogħol u anke missieri kien ix-xogħol. Waqt li bdejt nagħmel ix-xogħol tad-dar, rajt xi ħaġa griża għaddejja mill-kurutur. Jiena qabditni l-kurżita u mort nara x’kien.
X’ħin dħalt fil-kamra t’oħti rajt ġurdien inaqqar is-sodda t’oħti. Għall-ewwel bdejt nibża` imma mbagħad ma nafx kif ġieni l-kuraġġ u bdejt nipprova naqbdu ġo xugaman. Wara ftit ġiet ommi u staqsietni x’kont qed nagħmel. Spjegajtilha kollox u għedtilha wkoll li x’ħin inżilt isfel biex nara nsibx in-nassa rajt il-bieb li jagħti għall-garaxx miftuħ. Ommi ċemplet liz-ziju li joqgħod viċin biex jiġi jagħtina daqqa t’id. X’ħin ġie prova jaqbdu imma għalxejn għax il-ġurdien beda jiġri minn karma għal oħra tad-dar.
Minħabba dal il-ġurdien ma stajtx inkompli x-xogħol tad-dar peress li bdejt ngħin lil ommi u liz-ziju biex jaqbduh. Anzi dal l-imbierek ġurdien m’għamilx xi ħsarat kbar ħlief gerrem il-wajer tad-dawl u ġejna bla dawl ta’ xejn. Fortunatament iz-ziju jaħdem fid-dawl u wara xi siegħa irranġa kollox u reġa ġie kollox għan-normal. Ommi kienet ċemplet ukoll lil missieri biex iġib nassa mingħand in-nannu tiegħi. X’ħin wasal bin-nassa, missieri tefa’ biċċa ġobon fiha u tefagħha fil-kamra tiegħi fejn kien il-ġurdien. Qagħdna nistennew wara t-tieqa tal-kamra u wara xi siegħa rajna l-ġurdien jinqabad fin-nassa. Peress li jiena ma nħobbx naħqarhom l-annimali tfajnieh fl-għalqa ta’ ħdejna.
Jiena fl-għaxar snin ta’ ħajti rajt ħafna ġrieden fit-toroq imma fid-dar tiegħi din kienet l-ewwel darba. Nixtieq lit kun ta’ l-aħħar għax l-għada x’ħin mort l-iskola, mort b’nofs xogħol lest biss u ħadt penitenza kbira mingħand l-għalliem.
by Darren Zammit
Dahlilna Gurdien
ReplyDeleteKien is-Sibt filghodu l-mama’ u l-papa’ marru jixtru waqt li jiena kont qed naqra ktieb ta’ l-Ingliz. Kif wasalt f’ kapitlu erbgha rajt xi haga griza ghaddejja malajr hafna.
F’ kemm trodd salib din il-haga griza keinet hdejn il-komodina fejn kien hemm lampa li kienet taghtilna n-nanna Peppa. Milli kien jidher dik ix-xi haga kienet gurdien ta’ l-imramma. Jien nahseb li dahal mill-katusa li taghti ghall-gnien. Il-mama’ ilha tghid lill-papa’ biex jirranga l-katusa u lili kienet avzatni biex inhalli l-bieb maghluq. Min jaf x’ penitenza kont ser naqla’ tghalli m’ghalatux. Milli stajt nara ma kienx ghamel hsara imma halla hafna hmieg.
X’hin gew il-mama’ u l-papa’ ghedtilhom u marru biex jixtru n-nases halli jinqadad. Ghaddew jumejn u l-gurdien ma’ kienx inqabad. Milli kien jidher zar il-kmamar kollha. Sibna hafna hmieg u fil-kamra tas-salott il wajes tat-televizjoni kienu kwazi kollha mgerrmin. Fl-ahhar il-papa’ rah rieqed fis-salott malajr gab l-ixkupa u keccieh.
Ghalija kienet l-ewwel darba li rajt gurdien ta’ l-imramma imma issa noqghod iktar attenta biex il-bieb tal-gnien ma nhallihx miftuh halli zgur ma jidhlux grieden.
Tamsyn Vella
Dahlilna Gurdien
ReplyDeleteDak il-hin bdejt nisma':"xxxxkkxbokxzzzzxxxxzxxzz" u ghedt bejni u bejn ruhi:"Dan il-hoss x'inhu?!?". Bdejt nimxi mal-hoss u dort kwazi kull kamra sakemm wasalt sal-garaxx. Kien hemm karta fuq mejda u meta ma bdejtx inhares smajt "xxik" u nhsadt. Meta dort biex inhares nara din il-karta mal-art. Zgur ma kinitx hemm qabel...
Jien bzajt ghax hsibt li kienet fantazma u tlaqt nigri 'l fuq. Waqaft u tajt daqqa fuq mohhi u ghidt "Jien x'qed nahseb, xi fantazma jew! Il-fantazmi ma jezistux." Kif komplejt nimxi nara gurdien daqsxiex, kanella, ikrah, mahmug u xih diehel id-dar mill-garaxx.
Waqt dan kollu il-genituri marru jixtru u kif gew m'ghidtilhomx mall-ewwel. Kif raw il-hmieg mal-art saqsewni x'kien u gibtilhom l-iskuza li mort fil-gnien ta' wara nsaqqi l-pjanti u z-zarbun imlejtu kollu tajn. Imbaghad beda jteptep id-dawl u fl-ahhar inqata'. Missieri nizel fil-garaxx u fetah il-'main' tad-dar u sab il-wajers kollha mgerrmin. Beda jissuspetta u qal lil ommi. Kif gejt mill-muzew l-ghada nsib lil ommi u 'l missieri b'idejhom marbuta jittkerrhu lejja. Qaluli li bdejt nahbi xi haga u mbaghad ghidtilhom fuq il-gurdien. Ommi saret bajda karti ghax dik titwerwer mill-brieden. Missieri beza' wkoll ghax qal li forsi jhaffer go l-ghamara. Morna nixtru hafna nases ghal-grieden u xtrajna wkoll kolla apposta li maghha jehlu l-grieden. Ghamilna minnhom kullimkien, kull wahda b'bicca gobon fiha. Hallejna jumejn cans u dorna n-nasses, l-ebda wahda minnhom ma kellha gurdien jew gobon maghha. Dan il-gurdien kien wiehed makakk.
Fl-ahhar irnexxielna naqbduh dan il-gurdien. Bdejna nahsbu li dahal mill-gnien. Dik kienet l-ahhar darba li nhalli l-bieb tal-gnien miftuh!!
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteJiena f'hajti qatt ma rajt gurdien.Lanqas naf kif ikunu.Xi ftit mill-hbieb tieghi gieli raw grieden imma jien qatt.Illum gejt id-dar wahdi mill-iskola ghax ommi kellha taghmel xi ftit qadjiet.Jien lanqas kont ghadni rajt il-gurdien ghax kont ikkoncentrat fil-matematika.
X'hin dawwart wicci lura tghidx kemm ghajjat bil-biza' u kemm kien ikrah.Tlajt fuq il-mejda u gibt xkupa li ma kinitx' il-boghod hafna.Bil-biza' li hadt zlaqt minn fuq il-mejda u weggajt rasi.Il-gurdien x'hin rani mwegga' mar fil-kamra tas-sodda tieghi.Mort niccekkja minn fejn dahal.Il-bieb tal-bitha kont hallejtu miftuh.Ergajt mort fil-kamra tas-sodda.Il-gurdien kien dahal fil-basket tieghi.X'hin telaq mil-basket icckjajt x'ghamel.Kien gerrimli l-kotba tal-qari l-favoriti tieghi.
Filwaqt li jien kont qed naghmel kollox f'postu l-gurdien beda jgerrem il-wajers tat-televizjoni.Jien mort imwaqqfu.Wara sekonda gietni idea tajba.Hadt il-gobon mill-frigg u qsamt bicca zghira.Mort hdejn il-gurdien u ghajjatlu.X'hin rani bil-gobon gera' warajja.Waddabtha fit-tieqa u il-gurdien qabez fit-tieqa u mar ghall-gobon.Mill-ewwel ghalaqt il-bieb u t-tieqa halli ma jidholx.
Wara minuti giet ommi.Ghall-ewwel ommi ma tatnix penitenza ghax ma kinitx taf.Imma x'hin rat il-wajer tat-televizjoni mgerrem ommi tatni penitenza.Darb'ohra inkun attent biex naghlaq il-bibien u t-twieqi biex ma jidholx il-gurdien.
Dylan Grech
Dahlilna gurdien
ReplyDeleteKonna ilna nsibu xi hmieg qisu ta' xi gurdien.Sibna wkoll xi affarijiet imgerrma specjalment ta' xi ikel fl-armarju tal-kcina.Ommi mill-ewwel issuspettat li kien dahlilna xi gurdien.
Darba fost l-ohrajn waqt li konna qieghdin fuq ommi fettilha tinzel isfel biex taghmel tazza te'.Kif appena xeghlet id-dawl smajna' twerzieqa mill-kbar u regghet telghet it-tarag b'saqajha ma' dahrha tghajjat kemm tiflah u werwret lil kulhadd.Ahna hsiebna li kien dahal xi halliel, imma ommi qaltilna li mhux halliel kien dahal imma gurdien.Missieri nizel isfel biex jara jarax il-gurdien izda kien kollu ta' xejn.Ma nafx fejn ma fittixx, qalleb u kemm hsejjes ghamel imma l-gurdien baqa ma deherx.
Missieri u ommi bdew jinkwietaw li kien dahlilna gurdien u bdew jahsbu minn fejn seta dahal u kif setghu jaqbduh.L-ghada missieri mar xtara nassa,ghamlilha bicca gobon u poggiha fl-armarju tal-kcina fejn konna nsibu l-affarijiet imgerrma bix-xewqa li naqbduh u nehilsu minnu.L-ghada waqt li konna qieghdin naraw it-televizjoni smajna hoss.Kienet faqqghet in-nassa u morna nigru biex naraw konniex qbadnieh.
Hemm kien miskin.Gurdien zghir kannella car mejjet fin-nassa.Ommi tghidx kemm ferhet izda jien thassartu.Wara kollox missieri kien gurdien ixjeh minnu ghax irnexxilu jaqdu f'hakka t'ghajn.