Thursday, December 10, 2009

Kif Zejjint id-Dar ghall-Milied


Il-Milied qieghed maghna u t-tizjin li naraw madwarna ma jonqosx li jkompli jdahhalna fl-atmosfera sabiha tal-Milied. Ghalkemm mhux it-tizjin kollox, fi zmien il-Milied dan jghin biex ahna nkomplu nidhlu fl-ispirtu u ghalhekk hafna familji jiddeciedu li jkomplu mat-tizjin ta' barra u jzejnu djarhom b' mod mill-aqwa - sena isbah minn ta' qabilha.

Int tiehu pjacir izzejjen id-dar ghall-Milied? Liema huma dawk l-affarijiet li l-aktar tiehu pjacir tarma? Tippreferi taghmel kollox int jew ma tghidx le ghal xi daqqa t' id? Irrakkontalna ftit x' ghamilt int halli tkompli thajjarna halli forsi nibdew narmaw ahna wkoll!

24 comments:

  1. Jien inhobb hafna narma ghall-Milied u nibda narma kmieni mhux hazin. Waqt it-tizjin u l-preparazzjoni jigri hekk:
    Jien dejjem narma l-ewwel il-Bambin u naghtih l-ewwel post u wara nkompli d-dekorazzjonijiet l-ohra bhas-sigra tal-Milied u t-tizjin l-iehor. Il-presepju, il-pasturi u d-dwal isiru wara. Generalment jghini missieri imma din is-sena qghadt narma wahdi. Il-kamra tieghi dejjem jien narmaha u nipprova narmaha mill-isbah li nista’. Jien ghandi drawwa li mal-pum tal-bieb indendel kalzetta tal-Milied ghar-rigal.
    Kull sena nzidu xi haga gdida u din is-sena ghamilt presepju gdid u xtrajt pasturi jiccaqilqu. Hija joqghod itellifni kull meta nkun qed narma. Kull fejn immur irid jigi hu. Itellifni hafna hin ezempju; meta kont qed narma s-sigra tal-Milied iz-zghira, mar itella bocca u waqqa’ s-sigra. Hekk tilifli xi dekorazzjonijiet allura kelli nahli hafna hin infittixhom u qlajt gimgha bla kompjuter, minhabba hija.
    Mit-tizjin kollu joghgobni l-aktar il-presepju. Jaffaxxinawni dawk il-pasturi sbieh jiccaqilqu ul-Bambin fejn il-gulbiena. Din is-sena domt gurnata shiha narma u bil-fixkla u t-telf ta hin minhabba hija, kissirt fergha mis-sigra z-zghira tal-Milied.

    ReplyDelete
  2. Kif zejjint id-dar ghall-Milied.




    Qed jersaq il-Milied u l-bierah iddecidejt li nibdew narmaw it-tizjin tal-Milied. Ommi qablet mieghi u ftehmna li naqsmu l-hin halli kull dekorazzjoni nilhqu naghmluh dakinhar stess. Bla telf ta’ hin sibt bicca karta hazina u bdejna nippjanaw.



    Bdejna billi gibna u ffittixna ghall-affarijiet. Wara qbadna s-sigra tal-Milied u bdejna billi rajna jekk id-dawl jixghelx. Huwa xeghel kuluri li meta tarahom titghaxxaq u b’hekk stajna ndawruhom mas-sigra tal-Milied. Kemm hadt gost narmaha sakemm ma jqumx hija t-tarbija! Malajr konna narmaw imbaghad! Ghamilna l-bocci u wara dorna ghall- presepju. Iccekjajna d-dawl u meta hadem tfajna l-pasturi sbieh. Kif lestejnieh ergajna xghelna d-dawl izdadin id-darbama hadimx. Kellna nzarmawh u nergghu narmawh.



    Wara qbadna narmaw fuq. Bdejna billi nwahhlu l-istilla fil- kamra t’ommi u ta’ missieri fit-tieqa li taghati ghat-triq li tteptep hafna kuluri. Wahhalniha u jiena hrigt barra, faccata tat-tieqa biex nara jekk hux qieghda fic-centru tat-tieqa. Ommi xeghlitaha biex nara kkif tidher hux kerha jew tixraq ghal dak il-post. Kif wahhlita fejn tixraq morna f’kamarti u armajt il-kamra tieghi stess. Hadt ftit tbattija biex armajt is-sigra tal-Milied ghax l-istilla ridt inwahhilha fuq nett. Qatt m’ armajt kamarti jiena stess.



    Kif lestejna t-tizjinmorna nistriehu fuq is-sufan naraw ftit televizjoni. Kemm inhobb narma ghall-Milied! Kemm nixtieq li jigitas-spiss il-Milied ghax noqghod narma ghal qalbi u ngib l-ghaqda fil-familja.




    Ryan John Aquilina.

    ReplyDelete
  3. Gimgha ilu ddecidejt li nibda narma d dar ghall Milied. Domt jumejn biex inzejjen id dar. Jien nahseb li bdejt narma naqra kmieni wisq imma jien inhobb noqghod go dar bi dwal sbieh u b’xi sigra hdejn is sufan.


    Mhux jien wahdi armajtha d dar izda ghenitni ommi u missieri wkoll. L ewwel haga li armajt kien il presepju li kont xtrajt m’ghand hanut li issa ghalaq. Wara l presepju armajt is sigra tal Milied. Mat twieqi dendilt qisu haxix u mieghu dendilt id dawl. Mall bieb ta barra dendilt girlanda li ghamilt jien stess. Ghal din is sena kelli ndiddel id dawl tas sigra tal Milied ghax inqata` kollu.

    Din is sena ghamilt xi haga gdida. Taf x’inhi din il haga? Zejjint il kamra tieghi. Mal hajt dendilt Karta kbira li fuqha kien hemm impingi Santa Klaws u hdejn saqajh kellu hafna gugarelli. Biex ghamilt il kamra tieghi telfitni naqra ohti u ghalhekk spiccajt kissirt il lampa.
    Kont qieghda fuq is sellum u ohti caqalqituli u f’daqqa wahda nstema dan il hoss “bumm”. Jien waqajt ghal isfel.

    Fit tizjin l aktar haga li toghgobni hija s sigra tal Milied. Niehu gost marma fil Milied alllavolja dejjem nispicca nwegga’. Inhobb inzejjen m’ ommi u missieri u issa se tibda zzejjen ohti wkoll.

    Daryl Leigh Schembri.

    ReplyDelete
  4. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied.

    Kellna nibdew inzejnu d=-dar.Dan gara s-Sibt li ghadda.Jien nistenna bil-herqa dan il-jum ghax tghidx kemm niehu gost nara t-tizjin li nkun ili ma nara ghal xi sena.Din is-sena bdejna bis-sigra tal-Milied.

    Il-familja kollha ghennet fit-tizjin.Dis-sena kelli izjed x'inzejjenj ghax missieri kellu jmur ghax-xoghol waqt li konna qed inzejnu.Tghidx kemm hadt gost.Wara xi tliet kwarti s-sigra tal-Milied kienet lesta.Wara hrigna l-prese[pju l-kbir u qghadna bil-herqa kollha nqieghdu l-pasturi.Wara hrigna lill-Bambin li kien fil-maxtura.Hrigt lil Santa Klaws.Dan kien idur u jdoqq u kien ghal qalbi.Kellu d-daqna tieghu bajda halib u l-kowt hamra nar.Dann kien ghadu nofs it-tizjin.

    Waqt li kona qed inzejnu l-gallarija nofs id-dawl xeghel.Wara li dommna nilaghbu bih fl-ahhar xeghel izda mhux fl-istess hin.Il-kamra taghna ma tantx fiha x'taghmel.Hrigna lil Santa Klaws iz-zghir u kellna sigra tal-Milied zghira.Kellna xi haga gdida.Dan kien ftit zibeg li dendlilna mal-hajt tal-kamra taghna.Ghas-sigra tal-Milied il-kbira xtrajna pakkett cfuf homor u tghidx kemm dehret sabiha.Kien ghad jonqos id-dekorazzjonijiet iz-zghar.Dawn kidenu l-favoriti t'ommi.Kien hemm ragel tas-silg li kienet hititu hi stess.

    Jien ghalija s-sigra tal-Milied hija tradizzjoni specjali imma nahseb li Santa Klaws il-kbir u l-Bambin li qieghed fil-maxtura huma l-favopriti tieghi.Issa qed nghyodd il-granet ghall-Milied.

    ReplyDelete
  5. Kif qghadt nipprepara ghall Milied

    Il Hadd li ghadda jiena ghint bhas soltu fil preparazzjoni tal Milied.Kienet gurnata mill aqwa.Id dar imbidlet totalment tant li lanqas stajt nemmen 'l ghajnejja.

    Kien hemm bosta kaxxi mimlijin dekorazzjonijiet kemm kbar kif ukoll zghar.Kien hemm ukoll dawk bid dawl,fosthom id dal ta fuq il bejt.L ewwel naddafna kamra wara l ohra.Is salott kienet l ewwel kamra li armajna s sigra tal Milied u xi pupi tac carruta li jirraprezentaw ic cerva bl isem Rudolph.Ghal mat tieqa tal kcina xtrajna punzjetta u armajna l Bambin fuq bicca ghamara ma genb it televizjoni.

    Izda l izjed haga difficli kienet l affarjiet ta mal gallarija.Santa Klaws tal gallarija,u xi nghidu ghall presepju naghmlu wiehed dritt u jaqghu tlieta!Imbaghadmal puggaman wahhalna zeg kalzetti tieghi u ta ohti Gabriella.Filwaqt li gewwa kamritna hemm zewg kalendarji tieghi ta' Tinkerbell u ta ohti ta Hannah Montana.

    Fl ahhar wahhalna l girlanda mal bieb li ghamilna l iskola.Fiwaqt li missieri,ommi u ohti,u jien wkoll,qlajna prosit minghad il familjari kollha.

    Naomi

    ReplyDelete
  6. Kif qaghdt tipprepara d-dar ghall-Milied

    Kienu t-tmienja ta' filoghdu l-Hadd.Dakinhar kellna nzejjnu d-dar taghna ghall-Milied.Il-Milied huwa wiehed miz-zminijiet li nhobb.

    X'hin ommi,missieri u hija qamu bdejna nzejjnu l-kmamar.Jien zejjint il-kamra tieghi u s-salott.Ommi u missieri zejnu l-kamra taghhom u hija l-kamra tieghu.X'hin hija gie biex ipoggi l-prepesepju fil-kamra waqqghu.Ghalhekk jien sewwejt il-presepju u gie qisu gdid.

    Ommi u jiena sajjarna Christmas Log,pudina u kejk.Dawn l-affarjiet preparajnihom biex nikluhom l-ghada.Jien bdejt nikteb l-inviti ghall-familjari halli jigu ghandna l-ghada.

    X'hin spiccajna ddejjaqt hafna ghax kont qed niehu pjacir.L-iktar haga li hadt pjacir naghmel kien it-tisjir.F'daqqa wahda ghajtitli ommi biex inpoggi r-rigali taht is-sigra tal-Milied.Jien obdejtha u poggejthom.Kienet l-isbah gurnata li qatt kelli.

    Dylan Grech

    ReplyDelete
  7. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied.

    Il-gimgha l-ohra jien u l-familja tieghi qghadna nippreparaw id-dar ghall-Milied.

    Hassejtni ecitata hafna u kont fuq ix-xwiek biex nara d-dar imzejna kompluta. Peress li kienu gejjin xi mistednin ippruvajna nzejnu mill-ahjar. Il-genituri ghenuni nzejjen u huti jigru 'l hemm u 'l hawn taparsi qed jaghmlu xi haga. Il-mama' u l-papa' armaw is-sigra tal- Milied u jien hadt gost inzejjinha b'hafna cfuf u blalen kollha kkuluriti. L-aktar li hadt gost naghmel kien l-anglu. Kellu jerfaghni l-papa' ghax ma lahhaqtx. Jien wahhalt id-dwal max-xambrelli u hadt gost narahom iteptpu u jibdlu l-kuluri. Waqt li kont qed narma l-presepju hadt gost nisma' xi kanzunetti tal-Milied. Dawn komlew dahhluni fl-ispirtu tal-Milied.

    Il-presepju antik kienet taghtulna n-nanna Stella, Alla jahfrilha. Il-pasturi veru sbieh u l-iktar li joghgbuni huma t-tliet magi. Dan ghaliex ghandhom kuluri sbieh u jlellxu. Hadt naqra battikata biex narmah il-presepju ghax daqqa l-pasturi jaqghu jew inkella nitlef il- pacenzja. Imbaghad jien u huti qghadna niktbu l-kartolini lil shabna u lil qrabatna.

    Hadt gost hafna nzejjen u nixtieq li jasal il- Milied malajr ghax ma niflahx nistenna. Ejja Milied, iddumx!

    Celine Abela.

    ReplyDelete
  8. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied

    Meta jasal il-Milied tghidx kemm niehu pjacir! Il-Milied hija l-isbah festa ghalija u f'din il-festa naghlaq snini wkoll. Niehu gost narma mal-genituri u ma' hija.

    Fil-bidu ta' Dicembru nibdew narmaw. Ommi tohrog it-tizjin minn kamra isfel taht it-tarag. Ahna narmaw is-sigra tal-Milied b'hafna affarijiet bhal bozoz ikkuluriti u bocci kbar, cfuf homor u kkuluriti. Ahna npoggguha fil-kcina hdejn il-gallarija halli kulhadd ikun jista' jaraha. Naghmlu l-Bambin fis-salott bid-dawl abjad mal-maxtura u maghha zrajna il-gulbiena halli naghmluha hdejh. Wara l-bieb narmaw lil Santa Klaws. Fil-kamra tieghi u ta' hija naghmlu l-grotta. Ir-rigali li naqilghu npogguhom taht is=sigra tal-Milied.

    Ommi sajret il-kejk, christmas log u l-eggnog. Lejlet il-Milied missieri sajjar id-dundjan kbir u sabih. Dan idum madwar tmienja jew disa' sighat. Ahna waqt li nzejnu u nsajru nhobbu nisimghu l-ghanjiet tal-Milied. Jiena dendilt il-krafts tal-Milied li konna ghailna l-iskola. Ghandna hafna ponsjetti u ghalhekk meta jigi l-Milied inzejnu d-dar bihom. Ghandna wahda hamra u wahda bajda. Ahna nhobbu nixtruhom mill-bazaar ta' l-iskola. Ahna stedina lil xi girien biex jigu halla jghinuna nzejnu d-dar.

    l-aktar li niddejqu ware l-Milied ghax ikollna nzarmaw kollox. Xi dwejjaq!!

    Daryl John Seracino

    ReplyDelete
  9. Taf kemm ili neqred biex nippreparaw id-dar ghal Milied! Darba domt xi siegha shiha nhewden fuqha u fl-ahhar ommi xebghet u qaltli li ftit qabel il-Milied konna se nippreparaw.

    Bdejna narmaw is-sigra tal-Milied. Kienet imqassma f'partijiet. Hrigniehom u ghawwigna l-frieghi ghax dejjem iridu jitilghu 'l fuq.Wahhalna l-partijiet fuq xulxin u wara poggejna fuqha l-bozoz tad-dawl. Hafna minnhom malli tixghelhom idoqqu xi carols. Imbaghad poggejna d-dwal li kien fadal fuq l-ghamara. Poggejna l-presepju mat-tieqa biex kulhadd jarah. Kulhadd ghinni u kulhadd fuq l-istess haga li naghmel jien bdew jaghmlu. Domna mhux hazin fuq id-dekorazzjonijiet. Kelli xi affarijiet li ma stajtx naghmel ezempju dwal u l-istilla ta fuq is-sigra tal-Milied. Kissirna xi ftit dwal ghax jiena ppruvajt nghin.

    Sajjarna dundjan u ghamilna pudina. Wara gezwirniehom u poggejniehom fil-fridge. Bi zball, id-dundjan sajjarnih naqra zzejjed u sar iswed bil-hruq. Ippreparajna l-hwejjeg ghal dik il-gurnata u anke l-kostum ta' Santa Klaws. Tellifnai naqra hija ghax beda jghajjat u jitkellem u xi drabi beda jiffitani.Fl-ahhar ftit ghejjejt u qghadt naqra fuq il-pultruna , pero ghallinqas lestejna.

    Hadt gost hafna nipprepara pero' l-izjed haga li hadt pjacir naghmel huma d-dekorazzjonijiet. L-inqas haga li ghamilt bil-pjacir huma l-hwejjeg. Ghalija dak kien hela ta' hin pero' kieku m'ghamilnihomx, kieku m'inix nilbes l-ilbies sabih li ghandi fuqi.

    ReplyDelete
  10. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied?

    Xahar qabel il-Milied bdejt inzejjen id-dar. L-ewwel bdejt nohrog l-affarijiet tal-Milied, il-pasturi, il-presepju u l-bambin. Imbaghad ghenuni l-genituri biex innizzel is-sigra tal-Milied mill-kamra tal-imbarazz (fejn inzommha).

    Bdejt narma ghall-Milied l-ewwel mill-presepju. Ghall-ewwel hadt kedda kbira ghax il-pasturi bdew jaqghu meta npoggihom imma wara rnexxieli. Wara l-presepju bdejt narma s-sigra tal-Milied. Kelli bzonn nitlob naqra ghajnuna lill-genituri biex inzejjen is-sigra tal-Milied bid-dwal u xi dekorazzjonijiet. Hadt naqra hin mhux hazin imma l-aktar li domt kienet fuq is-sigra tal-Milied ghax hija naqra kbira.

    Kienet l-ewwel darba li armajt kwazi kollox wahdi ghax is-snin ta’ qabel il-genituri ma kienux ihalluni nzejjen ghall-Milied. Il-presepju biss kienu jhalluni nzejjen. Wara waqaft nistrieh u ommi kienet qed taghmel il-pudina tal-Milied. Meta kont qed inzejjen il-bambin daqqejt xi diski tal-Milied biex nidhol aktar fl-atmosfera.

    Hadt hafna gost inzejjen u meta lestejt iddispjacini ghax issa rrid nistenna sena ohra biex nerga nzejjen. Wara li lestejt hassejtni sodisfatt meta rajt li hafna affarijiet zejjinthom jien.

    Stefan Portelli

    ReplyDelete
  11. It-Tlieta li ghadda qghadt nipprepara d-dar ghall-Milied. Jien u l-genituri tieghi bdejna narmaw u nzejnu d-dar. Ghall-ewwel missieri tela` fuqir-raff biex igib id-dekorazzjonijiet taL-Milied. Imbaghad bdejna nifthu s-sigra tal-Milied.


    Wara li ftahna s-sigra tal-Milied bdejna narmawha bid-dekorazzjonijiet. Dawn id-dekorazzjonijiet kienu dwal, xi angliu l-istilla
    l-kbira fuq. wara bdejna narmaw il-prasepju. Jien qghadt nghin lil missieri jarma filwaq li ommi bdiet tipprepara xi haga ghall-ikel. X`hin lestejna l-presepju morna biex niehdu xi haga ta` l-ikel. Wara li nieklu bdejt nghin lil ommi tipprepara xi helu tal-Milied bhall-pudina tal-Milied u kejktal-Milied.


    Waqt li konna qeghdin narmw bdejna nisimghu xi muzika tal-Milied biex nidhlu aktar fl-atmosfera tal-Milied. Fl- ahhar nett hrina il- Bambin u l-maxtura. Poggejnieh f`post prominenti, fil-kaz taghna pogejnieh fis-salott imzejjen bil-gulbiena. Fuq kolloxtizjin minghajr Bambin mhux tizjin. Wara kollox il-festa ta` ta` Gesu Bambin. Din il-festa u t-tzjin taghha jgibu hafna ferh u ghaqda fil-familji mad-dinja kollha

    Kemm hadt gost inzejjen mal- genituri tieghi u nispera li l-familji kollha jkollhom Milied sabieh u ma jkunx hemm mibeghda bejniethom. Issa li lestejt inzejjen qieghda fuq ix-xwiek biex jasal il-Milied u l-festi li jgib mieghu.

    ReplyDelete
  12. Dal-Milied ippreparajna hafna affarijiet imam qabel naddafna d-dar. Qlajna l-purtieri u wahhalna ohrajn li nwahhluhom fix-Xitwa. Fil-fatt certi affarjiet li nzejnu bihom kellna nergghu nnadfuhom ghax allavolja kienu fil-boroz u l-basktijiet izda minn fuq ir-raff intlew bit-trab.

    Uzajna hafna affarijiet specjalment ghas-sigra tal-Milied. L-ewwel affarijiet li armajna kienu s-sigra tal-Milied u l-presepju. Ghamilna s-sigra tal-Milied fil-kcina u l-presepju wkoll. Ghamilna “snowman” u ‘l Santa Kaws ezatt kif tidhol mill-bieb ta’ barra u presepju iehor fuq mejda,Gesu’ bambin kbir fil-maxtura bid-dawl fil-maxtura,San Guzepp u Marija, l-annimali u l-angli u t-tlett rghajja. Xtrajna punsjetta hamra u punsjetta bajda u ghamilnihom fit-tarag meta titla’ fuq. Mal-bieb ta’barra n-nanna kienet ghamlitilna “door hanger” imma ma twahhalhiex. Wahhalna stilla mal-bieb tal-gallarija tal-kamra t’ommi tixghel u ballon jixghel mal-bieb tal-gallarija tal-kamra tieghi.

    Mas-salott wahhalna sett dwal. Fil-kuritur ghamilna gandlier bix-xemghat fih. Taht l-affarijiet kollha ghamilna dvalji u mal-mejda ghamilna dvalja tal-Milied. Mal-grada wahhalna t-tinsil u maghhom wahhalna l-bocci. Mal-pjanta tal-parapett wahhalna fjuri tal-Milied tat-taparsi. Ghamilna “Chirtsmas log”,pudini,blalen tal-coconut u l-kejk tal-Milied.

    Tal-familja li gew ghandna fahhruna hafna specjalment lili. Kellna sodisfazzjon kbir ta’ dak ix-xoghol kollu li ghamilna.
    Svetlana Borg

    ReplyDelete
  13. Kif qghadtu tippreparaw id-dar ghall-milied

    Kien il-Hadd , it-tnejn u ghoxrin ta’ Dicembru. Ommi qaltli li dakinhar konna se nibdew inzejnu u ma’ dal-kliem ghajnejja xeghlu. Jien u hija dejjem inkunu harqanin biex nibdew inzejnu specjalment din is-sena li bdejna ftit tard.

    Ahna tqassamna kulhadd fuq xoghlu. Ommi bdiet il-presepju li kienet taghmel wiehed gdid kull sena. Damet tilaghab mhux hazin fuqu ghax l-ghar beda jhabbatha biex tiffurmah. Missieri intefa’ jwahhal il-bozoz. Wara ftit qalilna li kien sejjer jixtri bozoz godda ghax nofshom kienu maqtughin.

    Hija qaghad jarma s-sigra tal-milied. Ghall-ewwel wahhal kollox naha wahda u kellu jerga jzarma kollox. Wara rega ghamilha u din id-darba deher sodisfatt b’xoghlu. Jien intfajt naghmel il-kartolini. B’kollox kelli hamsa u ghoxrin wahda x’naghmel. Imma bit-tlikki tlikki lestejthom ukoll. X’hin il-presepju , il-bozoz , s-sigra tal-milied u l-kartolini kienu lesti kulhdd rega ntefa’ fuq xi xoghol gdid. Ommi preperat il-helu tradizzjonali tal-milied. Hija qaghad iwahhal xi rqaqat zghar ‘l hawn u ‘l hinn. Missieri wahhal il-santa klaws fil-gallarija. Jien wahhalt il-kalzetti tal-milied.

    X’hin lestejn d-dar ma beqghetx tintgharaf min qabel ghal issa. Jiena nahseb li din is-sena kienet l-aktar wahda ta’ pjacir. Fl-ahhar ma nqasniex li ndoqqu xi ftit kanzunetti tal-milied u nduqu l-helu li preparat ommi.

    Roderick Micallef

    ReplyDelete
  14. Il-Milied li ghadda bdejna narmaw id-dar xi hames gimghat qabel ghax il-Miliedta’ qabel bdejna narmaw tard u ghalhekk sar kollox bil-gen u la armajna t-tarag u lanqas barra u ghalhekk switni ta’ taghlima
    L-ewwel m’armajt kienet il-kamra tieghi li din kelli narmaha wahdi waqt li l-kumplament tal-familja kienu qed jarmaw il-kamra tal-gugarelli. Kont qieghda fuq is-sellum waqt li ohti giet issaqsini x’kulur nuzaw ghaz-zigarella li konna se naghmlu u biex nieqaf u ninzel waqajt erba’ targiet. Ma waqaftx mill-ewwel ghax vera xtaqt li narmaw sabih ghax kieku waqaft bl-ugigh li kelli. Fil-kamra tieghi ghamilt is-sigra zghira tal-Milied li kont xtrajtilha sett bocci kkuliriti godda biex tidher isbah. Xi haga li qatt ma jien se ninsa hu dak il-presepju zghir fuq il-komodina.
    Wara li armajt il-kamra tieghi morna narmaw is-salott li din kienet l-iktar karma li kien fiha xoghol. L-ewwel bdejna mis-sigra l-kbira tal-Milied li din ukoll konna xtrajnielha xi dekorazjonijiet godda. Wara s-sigra tal-Milied armajna l-presepju li kien kbir mhux hazin.Waqt li qieghdin naghmlu l-presepju jien u ohti bdejna niggieldu min kien se jaghmel l-Bambin u bdejna nigbduh f’id xulxin u kissirna vazun antik t’ omm il-papa’. Kienet gejja l-kugina u jien kont qed inhares lejn is-sigra tal-Milied u ndunajt li konna nsejna l-istilla ta’ fuq nett.
    Din ma kinitx l-ewwel darba u jien bhas-saltu hadt gost. Vera li kont irrabjata ghax ma tantx kelli ghajnuna imma wara li tara dak ix-xoghol sabih kollu thoss lit kun ghamilt xoghol tajjeb hafna.
    Tiffany Taylor

    ReplyDelete
  15. Kif qgħadt tipprepara d-dar għall-Milied.

    Ommi, missieri, oħti u jien għandna tradizzjoni li kull sena, fl-għaxra ta’ Diċembru, aħna narmaw id-dar għall-Milied. Tkun ġurnata li kollha nkunu qed nistennewha bil-ħerqa.

    Nibdew il-ġurnata billi missieri u jien noħorġu l-kaxex li nitfgħu l-affarijiet tal-Milied fihom. Ommi u oħti jibdew jgħamlu t-tindif. X’ħin ilestu, jien u missieri nibdew narmaw is-siġra tal-Milied. Tgħidx kemm indumu nippruvaw id-dawl tagħha għax minn sena għal oħra dejjem jinqatgħu xi bozoz. Imbagħad nibdew inżejnu s-siġra b’boċċi u ċfuf ikkuluriti. Kif inlestuha, nixgħelha u noqogħdu nipaxxew inħarsu lejha. Wara narmaw il-kurutur b’Santa Klaws li jiċċaqlaq u jdoqq. Ħdejħ nagħmlu lir-raġel tas-silġ li jiċċaqlaq ukoll. Sakemm ommi u oħti jibdew jagħmlu xi ikel tal-Milied bħal Christmas logs u mince pies. Id-dar timtela’ bir-riħa tfuħ ta’ ikel.

    Jien u missieri narmaw ukoll il-presepju. L-hena tagħna nilletikaw fejn ħa nqiegħdu r-rgħajja u lill-pasturi l-oħra kollha. Lil bambin fil-maxtura qatt ma nagħmluh għax dak inpoġġuh dak inhar tal-Milied. Il-gallarija aħna nżejnuha b’ħafna dawl u b’Santa Klaws kbir taparsi tiela’ fuq il-bejt. Fl-aħħar nixegħlu ħ-dawl kollu li nkunu armajna u noqogħdu nitpaxxew inħarsu, filwaqt li nixorbu xi belgħa te u nieklu xi pastini milli jkunu ppreparaw ommi u oħti.

    L-iktar ħaġa li togħġobni fil-Milied hija meta jiġu l-mistednin id-dar u jtuna l-kumplimenti. Ikollna sodisfazzjon kbir tax-xogħol li nagħmlu. Jiena naħseb li din it-tradizzjoni għandha tibqa’ għal dejjem.

    By Darren Zammit

    ReplyDelete
  16. Kif qghadt tipprepara d-dar għall-Milied?

    Kien l- ewwel Hadd tal-Avvent u wara s-sitta u hamsa bdejt nipprepara l-affarijiet tat-tizjin.Preparajt il-presepju,is-sigra tal-Milied,t-tizjin tas-sigra tal-Milied.id-dwal u l-Bambin.Qaluli biex naqbad is-sigra tal-Milied u narmaha.Imbaghad zejjintha bil-bocci,cfuf u dekorazzjonijiet li jkunu minnflok il-bocci jkollhom forom ohra.

    Jien ghajjatt lil ohti biex tghini fid-dawl tas-sigra tal-Milied.Bdejt nipprepara l-presepju.Ghall-ewwel domt biex insib il-pasturi imma mbaghad mill-ewwel sibthom.Sakemm kont qed inzejjen ohti xeghlet il-komputer u qaghdet iddoqq id-diski tal-Milied.Dak il-hin giet il-qattusa u kissret il-Bambin tal-presepju u ghajjatt lil ommi biex tghini narmah bil-mod.Preparajna wkoll hafna kartolini sbieh biex nibaghtuhom lill-hbieb taghna.Ftit wara waqafna ftit.

    Hames minuti wara komplejna u ommi bdiet tipprepara l-helu bhall-kejkijiet tal-Milied,pudini u ‘logs’.Meta kont qieghda nlesti t-twieqi gew il-mistednin.Kont qieghda nitkellem ma’ missieri u ghidlu li din kienet l-ewwel sena li zejjint wahdi bi ftit ghajnuna minn xi adult.Din kienet l-ewwel darba li ghamilna l-presepju.Qatt qabel ma l-qattusa kienet kissret xi haga.Ommi qaltli li issa s-sena ddiehla ha nerga’ nzejjen jien.Issa nixtiequ naghmlu xliefma’ xi angli imma fl-ahhar sibna u malajr dendilt hamsa minnhom qishom qeghdin itiru.

    Hassejtni sodisfatta li din is-sena armajt jien.Bejn wiehed u iehor domt tliet kwarti.Vera hadt gost inzejjen wahdi.Il-qattusa qatt aktar ma kissret xi tizjin tal-Milied.Issa l-qattusa tmur hdejn is-sigra tal-Milied utoqghod titkessah quddiemha.

    Roanne Grech

    ReplyDelete
  17. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied

    Il-bierah bdejna l-preparazzjoni ghall-Milied. Ippreparajna s-sigra tal-Milied, il-Presepju u l-Bambin.

    Il-Bambin il-kbir poggejnieh hdejn il-Prespju. Ippruvajna d-dwwal kollha biex inkunu certi li kollox jahdem qabel nuzawhom. Ghenuni l-genituri tieghi biex inzejjen is-sigra tal-Milied u ghamluli l-affarijiet li ma nlahhaqx. Qghadna nippreparaw kontenituri li kienu tal-butir u tal-frawli bit-tajjar biex nizirghu l-gulbiena wara li nkunu xarrabnieha lejl shih. Ippreparajna s-CDs ta' l-ghanjiet tal-Milied.

    Ghadni ma stidint lil hadd ghax id-dar hija msiefra bl-affarijiet li ghandna pero' mistenni li naghmel xi festin waqt il-vaganzi tal-Milied. Il-qattusa ttellifni ghax trid tkun tafx' fiha dik il-kaxxa.

    Hadt battikata kbira biex inlesti u ma kellix diffikulta biex nipprepara ghall-Milied, dak li lestejt s' issa.

    ReplyDelete
  18. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-Milied


    Kien is-Sibt ta' qabel il-Milied meta l-familja tieghi u jien bdejna nippreparaw id-dar ghall-migja ta' Gesu' ghalhekk bdejna nzejnu tal-Milied.Ahna l-ewwel dejjem nibdew bl-affarijiet iz-zghar u wara nkomplu b'dawk li l-iktar niehugost inzejnu.


    L-ewwel nibdew narmu d-dekorazzjonijiet. Dejjem naraw li l-ewwel naghmlu l-Bambin u wara l-presepju, id-dwal u s-sigra tal-Milied u fl-ahhar u mux l-inqas il-gulbiena. Ommi u missieri dejjem ihallu lili biex narma s-sigra tal-Milied u meta kont kwazi lesta gie l-kugin tieghi jigri qisu farfett. Laqat is-sigra u din giet fuq vazun prezzjuz t'ommi. Ommi giet hdejja ghax hasbet li grali xi haga u meta rat li l-vazun gie f'mitt bicca, qaltli li mhux se thallini aktar narma s-sigra tal-Milied.

    Wara kien imiss li nsajru ghax xtawna li naghmlu ikla ma' tal-familja. Allura sajjarna pudina, id-dundjan u l-kejk tal-Milied. Kulhadd hadem flimkien u kollox irnexxa. Jiena ma tantx stajt naghmel affarijiet bhal inqaxxar il-patata bis-sikkina ghax ommi bdiet tibza' li se naqta' idejja. Ma stajtx nitfa' l-affarijiet fil-borma ghax kulhadd beza li ninharaq jew inkella ninstamat.

    Ahna domna kwazi gurnata shihs izda ghalkemm kulhadd kien ghajjien xorta wahda hadna pjacir. Ahna zejjinna d-dar kollha barra l-kamra tal-banju. Igri jasal il-Milied halli kulhadd igawdi t-tizjin u l-ferh li twieled Gesu' Bambin.



    Nicole Hili

    ReplyDelete
  19. It-Tnejn li ghadda bdejna nippreparaw d-dar ,ghall-milied .Dakinhar kienet il-festa ta’immakulata kuncizzjoniu n-nanniet kollha gew biex jghinuna narmaw it-tizjin .Kellna hafna tizjin differenti bhall-presepju ,Santa Klaws uhafna ohra .Kont ferhan se ntir ghax jien inhobb hafna narma t-tizjin tal-Milied
    Ahna bdejna narmaw l-ewwel is-sigra tal-Milied li bla dubju hija l-isbah dekorazzjoni .Din haditili hafna hin ghax hija kbira u mimlija daqs bajda .Fl- ahhar ,is-sigra tal-Milied kienet lesta .Jien tlajt fuq siggu biex inwahhal l-istilla.Dak il-hin kulhadd gab ghajnejh wara widnejh .Kemm giet sabiha b’dak id-dawl iteptep !
    Issa bdejna narmaw il- Bambin helu ghax ghandu xaghru nnuklat .Ahna poggejnih fuq il-gradenza hdejn xi gulbiena li ommi kienet preparat xi xhar qabel .Kif lestejna jien tlaqt nigri lejn that it-tarag .Mort ingib il-presepju li kony ghadni kemm ghamilt gimgha qabel.Dan kellu pasture qishom ta’veru .L-isbah wiehed hu ta’ Marija ghax hi kienet liebsa libsa cilesti kulur is-sema .Danil-presepju hu minn kartun irriciklat biex nibzu’ ghall-ambjent .Tant gie sabih li ommi hallietni npoggih fuq hogor it-tieqa biex kulhadd ikun jista’ jitghaxxaq bih .
    Kif gie z-ziju d-dar taghna ma setax jemmen lil ghajnejh .Tghidx kemm beda jfahharni u qalli biex immure nghinu biex jarma d-dar tieghu .Ghanejja xeghlu bil-ferh ghax inhobb hafna narma ghall-Milied .Jien nahseb li t-tizzjien fid-djar ghandu dejjem jibqa’ ghax jferrah u jghaqqad il- familja.
    MIKTUBA MINN ALISTAIR GRIMA BHALA DR A.G

    ReplyDelete
  20. Id dar taghna dejjem narmawha fl ewwel ta Dicembru bhala tradizzjoni.Din ma kinitx l ewwel darba li armajna d dar fil Milied pero jien l ewwel darba li ghint ghax kont ghadni zghira wisq biex nghin fl affarijiet.Is soltu ghalkemm ma kontx narma xorta kont niehu gost narahom lill genituri tieghi.Issa hadt gost ikbar li ghint jien.L ewwel li armajna kien il Bambin l iktar persuna importanti f dan iz zmien.




    Nofs l affarijiet kellna nerghgu nimshuhom minhabba l abra u nt trabijiet li kien hemm fil kamra fejn inzommu affarijiet li ma nuzawx.Biex tghin giet iz zija Loraine.
    Mal bieb ghamilt kraft li kont ghamilt l iskola.Bhala ikel tradizzjonali tal Milied ghamilna l pudina u zrajna l gulbiena.



    Dekorazzjonijiet ghandna hafna biex inzejnu.Wehhilna d dwal mal gallarija u mal bibien tad dar kollha.Ghamilna zewg kalzetta tal Milied wahda ghalija u wahda ghal hija pero kalendarju tac cikkulata ghandi jien biss peress li hija ghadu zghir wisq biex jiekol ic cikkulata.Narmaw dommna qisu gurnata bl ghajnuna taz zija ghax kieku konna ndumu aktar.



    Minbarra giet qisha d dar ta Santa Klaws ghax kienet mimlija daqs bajda bid dekorazzjonijiet tal Milied.Hadna gost r ruh meta lestejna ghax konna nhlibna pero konna sodisfatti.Kemm inhob narma tal Milied

    Maylea
    Portelli

    ReplyDelete
  21. Kif zejjint id dar ghall-milied
    Gimgha qabel il-milied jien u hija qghadna narmaw ghall-milied li kien gej.Jien u hija kwazi kull sena narmaw ghax tghidx kemm niehdu gost li jkun qed joqrob il-milied.L-ewwel m'ghamilna kien li hrigna l-Bambin li hu l-qofol tal-milied.Wara hejjejna ftit tiben u poggejnieh fil-maxtura.Kif lestejna dawwarna l-maxtura bid-dawl.

    Wara li poggejna l-Bambin fil-maxtura sbejha,hrigna l-presepju u l-pasturi.Il-pasturi nehhejnihom minn got-tajjar li kienu mgezwrin fih biex ma jinbarxux.Wara,hrigna d- dawl minn gol-kaxex u dawarnieh mal-presepju u poggejna bozza f'kull ghar.

    Hekk kif lestejna,hadna hsieb nqieghdu b'reqqa l-pasturi.Ahna ferrixnihom mal- presepju.Tghidx x'ghaxqa kien fih il-presepju meta thares lejh.Wara li lestejna mill-presepju hrigna lil santa klaws il-qadim u lil santa klaws li m'ilniex li xtrajna.Dan kien jixghel, idoqq u jiccaqlaq.Wara li hrigna lil santa klaws u poggejnieh fl-intrata biex jilqa' n-nies li jigu jzuruna.Kien wasal il-hin li tant kont ili nistenna li narmaw s-sigra tal-milied.Din hi l-aktar armar tal-milied favorit tieghi.

    Wara li hrignieha bdejna narmawha bil-bocci,rigaliz-zghar u bl-istilel.Wara ftit giet ohti z-zghira u qaghdet ittellifna.Hi bdiet tohdilna t- tizjin biex toqghod tilghab bih.F'daqqa wahda ohti caqilqet is-sigra tal-milied u ghal daqsxejn ma kinitx ser taqa' fuqi.Imn'alla kien hija li zammha ghax kieku kont inwegga u kien ikollna nergghu nibdew narmawha mill-bidu.Minhabba f'dan lil ohti batnieha biex toqghod mal-mamma.Wara li lestejna s-sigra tal-milied minnufih bdejna narmaw il-kamra taghna b'karti,xi whud minnhom anke f'forma ta' katina u bil-bziezaq.

    Jien preparajt il-kalzetta tal-milied li dendiltha mas-sodda tieghi.Jien l-ghaxqa tieghi hi meta jkun gej l-milied ghax l-hena tieghi hi meta noqghod inzejjen id-dar u fuq kollox inhejji ruhi biex ghal darb'ohra Gesu' jerga' jitwieled fil-qalb tieghi.

    alessandro cassar

    ReplyDelete
  22. Kif qghadt nipprepara id-dar ghall-Milied.


    Is- Sibt li ghadda kelli wahda mill-iktar granet ta' xoghol li kelli. Mis-sebgha u nofs ta' filghodu sat-tmienja u kwart ta' filghaxija kont il-hin kollu nipprepara ghall-Milied id-dar.


    Il-familja tieghi kollha tat daqqa t'id. Xi affarijiet bhas-Sigra tal-Milied ghamilnihom flimkien pero il- kmamar taghna zejjinihom ghalina b'bosta affarijiet. Bdejna billi l-genituri hargu u fethu s-Sigra tal-Milied li kienet ghadha mnezza minn kollox. Waqt dan il-hin jien u hija konna qed ingezwru xi kaxxi taz-zraben sabiex naghmluhom taparsi rigali. Hekk kif konna lestejna it-tieni kaxxa morna nzejnu s-Sigra tal-Milied. Hrigna zewg basktijiet fondi li kien fihom bosta dekorazzjonijiet. Wara tlett kwarti s-Sigra kienet lesta. Missieri rama l-bambin f'maxtura, fil-kamra tas-salott. Ommi ma hallitnix inqabad id-dawl ta' madwar il-maxtura u jien kont imdejjaq mhux ftit. Izda wara mort naghmel il-gulbiena. Wara komplejna naghmlu l- kaxex u tfajnihom taht is-Sigra tal-Milied.


    Xi granet qabel konna bdejna narmaw il-presepju ghalhekk morna nkomplu l-ahhar ftit li kien baqa' biex narmawh. Meta kien lest poggejnieh fil-kamra tas-salott. Sadattant ommi kienet qed tiehu hsieb l-ikel u bosta rwejjah li jqabbduk il-guh bdew hergin mill-kcina u jduru mad-dar. Fl-ghaxija intfajt f'kamarti nikteb u niddisinja xi kartolini u inviti. Waqt li kont qed nikteb harist lejn il-kraft li kont ghamilt l-iskola u ftakart f'kemm kont hadt gost naghmlu. Missieri u ommi cemplu sabiex jibbukkjaw ghac-cirklu tal-Blata l-Bajda. Qabel irqadt ippreparajt il- hejjeg ghal din l-okkazzjoni.


    F'din il-gurnata kont ghajjejt totalment u hraqt subghjja mal-forn li kien ghadu jahraq. Pero' xorta wahda kont kuntent ghax niehu gost nipprepara d-dar ghall-Milied!
    Kirsten Caruana

    ReplyDelete
  23. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall-milied.

    Kien is-Sibt u wara li naddafna kullimkien bdejna nnizlu l-affarijiet minn fuq l-ixkafef tal-garaxx.Gol-kaxex li bdejna nnizzlu kien hemm bocci,girlandi,tinsils,cfuf u hafna izjed.Bdejna nzejnu s-sigra tal-milied,il-presepju l-kbir u minn kollox.

    Il-Banbin l-aktar haga favorite t’ommi allura dejjem hi tarmah.Id-dwal missieri jarmahom peress li huma perikoluzi.Il-presepu narmawh kollha f’daqqa.Jien l-aktar personagg favorit tieghi hija marija.Meta bdejna narmaw mhux kollhafuq l-istess haga qghadna.Jien u hija bdejna narmaw il-kamra taghna,ommi il-kuruturi u missieri kif ga ghidt id-dwal.Ghall-inqas hadsd ma tellifni ghax kollha konna mehdijin fuq li konna qed naghmlu.Il-kmamar li s-soltu narmjaw huma l-kamra tieghi,is-salott,il-kcina u l-kurutur.

    Fil-ghaxija jien u ommi qghadna nsajru l-helu tal-milied bhal ‘’christmas log’’,pudina,kejk,pastini u hafna aktar.F’hin minnhom gara accident zghir.Hija zelqitlu minn idejh suvinir li kienu xtraw ommi u missieri ghall-Milied meta siefru.Fl-ahhar tal-gurnata qghadna nikybu l-inviti lill-qraba taghna ghall-festin li konna se nghamlu.

    Jien u l-familja tieghi hadna gost narmaw ghalkemm ghajjejna .Ommi ghar-rigal tal-Milied sirt naf x’sa taghtina ghax smajtha ccempel ghall-wirja tal-MILIED!!!

    ReplyDelete
  24. Kif qghadt tipprepara d-dar ghall- Milied


    Gimgha ilu ahna tal- familja zejjina l-ewwel gimgha tax-xahar u konna ftehmna d-data minn qabel halli nzejnu flimkien.Din hija traddizzjoni tal- familja tieghi imma din id-darba specjali ghax mhux ahna sejrin ghand in-nanna imma huma gejjin ghandna.


    Wara li ngbarna biex niftehmu bdejna nlestu l-affarijiet quddiemna.Bdejna niftehmu kif ha ninqasmu l-kmamar.Jien u ommi morna fis-salott waqt li hija u missieri marru fl-intrata.Kulhadd kien medd ghal rasu biex inlestu x-xoghol.Missieri u hija ghamlu l-bambin waqt li ahna ghamilna s-sigra tal-Milied.Jien u ommi zejjiena d-dawl mas-sigra tal-Milied,bocci u stilel u missieri u hija ghamlu mal- Bambin u mall-kolonni.

    Jien ridt naghmell-istilla halli nehles li nitla u ninzel tarag kbir biex immur ingib id-dawl ghas-sigra tal- Milied.Jien biex tlajt maghha bdejt inwegga.Mort gibt siggu biex inwahhala imma gie hija nkiss,inkiss u tani qatgha.Jien bil-qatgha qbizt u waqqajt ftit mill-bocci.Kissirt ftit li waqghu bis-sabta.Wara li lestejna kollox,ghamilna l-gulbien.Ghamilna t-tajjar u saqqejniha.Tfajnihom go bottijiet zghar u ghamilnihom taht it-tarag.Domna nzejnu ghal hafna hin.

    Jien ghajjet hafna ghax qghadt indur mad-dar skont l-ordnijiet imma xorta hadt gost li hdimna bhala familja wahda.Ir-rigali ha nitfaghhom taht is-sigra tal- Milied.Issa ha jkolli nistenna bi hgari l-jum tal-Milied!

    EmilyRoseCassar

    ReplyDelete